LAIKOS.org

Segretarjat għal-Lajċi, Malta.

 

2

 

Home

Librerija

Forum

Arkivju

Links

Ikkuntatjana

 

 

     

 

Mur lura għall-werrej …>

 

 

TALB IEĦOR

 

56. Talba għas-Saċerdoti li waslu biex imutu

 

Mulej u Alla tagħna, bl-interċessjoni ta’ Marija Santissima u tal-anġli qaddisa kollha, tħalli lill-ebda saċerdot imut illum mingħajr imħabbtek, il-grazzja u l-ħniena tiegħek! Ammen.

 


 

57. Talb għas-Saċerdoti Mejtin

 

a.     Isma' O Mulej, nitolbuk fil-ħniena tiegħek, it-talb tagħna għas-saċerdoti fidili tiegħek mejtin; biex huma li servewk fedelment fid-dinja, jgawdu issa għal dejjem fil-kumpanija tal-qaddisin. F'ġieħ Ġes Kristu, Sidna. Ammen. 5 Requiem.

 

b.    O Mulej, nitolbuk agħti lis-saċerdoti fidili tiegħek mejtin il-paċi tat-tgawdija eterna, biex jistħoqqilna li xi darba niġu nifirħu miegħek fil-ġenna flimkien ma' dawk, li minħabba l-ministeru tagħhom, qegħdin igawdu l-frott tal-fidwa tiegħek. F'ġieħ Ġesu’ Kristu Sidna. Ammen. 5 Requiem.

 

c.     Ilqa', O Mulej, l-offerti li nagħmlulek għas-saċerdoti fidili tiegħek mejtin; u bħalma żejjinthom bid-dinjita’ tas-saċerdozju, agħtihom issa l-premju tal-ministeru fidil tagħhom. F'ġieħ Ġes Kristu Sidna.

         Ammen. 5 Requiem.

 

d.    Ħares bil-ħniena, O Mulej, lejn it-talb li qegħdin nagħmlulek u agħmel li l-erwieħ tas-saċerdoti fidili tiegħek mejtin jiġu mdaħħla fil-ferħ bla tmiem fis-saltna     tal-qaddisin. F'ġieħ Ġesu’ Kristu Sidna. Ammen. 5 Requiem.

 

Psalm 129

 

Minn qiegħ l-art insejjaħlek, Mulej;

isma', Sidi, l-leħen tiegħi!

Ħa jkunu widnejk miftuħa,

jiena u nitolbok bil-ħniena.

Jekk tal-ħtijiet int tagħti każ, Mulej,

Sidi, min jista' jżomm sħiħ?

Imma għandek hemm il-maħfra,

biex hekk inqimuk fil-biża' tiegħek.

 

Jien lill-Mulej nistenna,

ruħi f’kelmtu tittama.

Tistenna ruħi lil Sidi,

aktar milli l-għassiesa s-sebħ.

Aktar milli l-għassiesa s-sebħ,

jistenna Israel lill-Mulej!

Għax għand il-Mulej hemm it-tjieba,

u l-fidwa għandu bil-kotra.

Hu li jifdi lil Israel minn ħtijietu kollha.

 

Mulej agħtihom il-mistrieħ ta' dejjem, id-dawl ta' dejjem jiddi fuqhom, jistrieħu fil-paċi. Ammen.

Nitolbu: Alla, li fost il-qaddisin werrieta tal-appostli, ridt tqawwi l-qaddejja tiegħek bil-kobor tas-saċerdozju, nitolbuk tagħmel li jingħaqdu wkoll max-xirka tagħhom għal dejjem. Alla, li tagħti l-maħfra u tħobb is-saħħa tal-bnedmin, nitolbu l-ħniena tiegħek, biex l-aħwa, il-qraba u dawk kollha li għamlulna l-gid, li marru minn din id-dinja, bit-talb tal-Imbierka Marija dejjem Vergni flimkien ma' tal-qaddisin kollha, tagħtihom li jaslu fix-xirka tal-hena mingħajr tmiem.

 

Alla, Ħallieq u Feddej ta' dawk kollha li jemmnu Fik, agħti lill-erwieħ tal-qaddejja tiegħek irġiel u nisa, l-maħfra ta' dnubiethom kollha, ħalli, b'dan it-talb jaqilgħu l-ħniena li dejjem xtaqu. B'lbnek Ġesu’ Kristu Sidna. Ammen.

 

 

Sit Uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta                                                                                                                                                         http://www.laikos.org