TALB GĦALL-VOKAZZJONIJIET

 

44. Litanija għall-Vokazzjonijiet  

 

·  Alla Missierna, ħallieq li ssejħilna għall-ħajja: Ħenn għalina.

·  Alla l-Iben, Qaddej Fidil: Ħenn għalina.

·  Alla l-Ispirtu s-Santu, Qawwa Ħajja tal-Kuraġġ: Ħenn għalina.

·  Marija, Omm Ġesu', is-saċerdot Etern tagħna: Itlob għalina.

·  San Ġużepp, għarus tagħha: Itlob għalina.

·  San Pietru u San Pawl, l-Ewwel Appostli: Itolbu għalina.

·  San Benedittu u Santa Skolastika: Itolbu għalina.

·  San Ġwann Marija Vianney: Itlob għalina.

·  Santa Eliżabbetta Ann Seton: Itlob għalina.

·  Irġiel u nisa kollha qaddisa: Itolbu għalina. 

·  Mulej, agħti d-don ta' qalb ġeneruża lill-ġenituri u lil dawk li huma msejħa għas-saċerdozju u l-ħajja reliġjuża. Nitolbuk dan bi Kristu Sidna. Ammen.

 


 

45. Talba quddiem Ġesu' Ewkaristija għall-Vokazzjonijiet

 

O Alla, Missierna, Int sejjaħtilna fil-Magħmudija, biex nimxu wara Ibnek b'ħajja ta' servizz ħaj għalik u għal xulxin. Agħtina l-għajnuna tiegħek waqt li nfittxu li ngħixu l-vokazzjoni tagħna f'ħajjitna. Nitolbu b'mod speċjali għal dawk li wieġbu għas-sejħa tiegħek bħala saċerdoti, patrijiet, sorijiet u djakni.

 

Żommhom fidili fil-mixja tagħhom wara Ibnek u agħtihom li jkunu f'servizz lejk, f'ħuthom il-bnedmin. Agħti li ħafna aktar irġiel u nisa jkunu miftuħa għall-isfida li jiddedikaw ħajjithom fil-ministeru tal-bini tas-Saltna Tiegħek.

 

Ġesu', Saċerdot Kbir u Salvatur, nitolbuk biex issejjaħ irġiel u nisa fis-servizz tiegħek bħala saċerdoti u reliġjużi. Ħa jkunu ispirati mill-ħajjiet tas-saċerdoti li huma ddedikati, patrijiet u sorijiet.

 

Spirtu s-Santu, agħti lill-ġenituri l-grazzja tal-ġenerożita' u l-fiduċja lejk u lejn binhom/binthom, sabiex uliedhom ikunu megħjuna biex jagħżlu l-vokazzjoni tagħhom f'ħajjithom bl-għerf u bil-liberta'. Nitolbuk dan kollu bi Kristu Sidna. Ammen.

 


 

46. Talba Quddiem Ġesu' Ewkaristija għal aktar Vokazzjonijiet Saċerdotali u Reliġjużi

 

Mulej Ġesu' Kristu, Iben il-Missier Etern, Iben il-Verġni Marija, nirringrazzjawk talli offrejt ħajtek b'sagrifiċċju fuq is-Salib, u talli ġġedded dan is-sagrifiċċju f'kull Quddiesa ċċelebrata madwar id-dinja.

 

Bil-Qawwa tal-Ispirtu s-Santu nadurawk u nxandru l-preżenza ħajja tiegħek fl-Ewkaristija. Nixtiequ nimitaw l-imħabba tiegħek li wrejtna fil-mewt u l-qawmien tiegħek, billi nħobbu u nservu lil xulxin.

 

Nitolbuk biex issejjaħ ħafna żgħażagħ għall-ħajja reliġjuża u biex tipprovdi saċerdoti qaddisa u ġenerużi li l-Knisja tiegħek tal-lum tant għandha bżonn. Mulej Ġesu', isma talbna. Ammen.

Arċisqof Ġustin Rigali - San Louis

 


 

47. Ħaddiema tal-Ħsad

 

O Ġesu’, ir-Ragħaj it-Tajjeb, qajjem f’kull komunita’ parrokjali, saċerdoti u djakni, reliġjużi, lajċi kkonsagrati u missjunarji skond il-bżonn tad-dinja kollha li int tħobb u trid issalva.

 

Aħna nafdaw b’mod partikolari l-komunita’ parrokjali tagħna; oħloq fiha l-atmosfera spiritwali tal-ewwel insara biex tkun ċenaklu ta’ talb fejn aħna nilqgħu b’imħabba d-doni tal-Ispirtu s-Santu. Assisti r-Rgħajja tagħna u l-erwieħ ikkonsagrati kollha. Iggwida l-passi ta’ dawk li b’mod ġeneruż laqgħu is-sejħa tiegħek u ppreparaw lilhom infushom għall-Ordni Sagri jew għall-professjoni tal-kunsilli evanġeliċi.

 

Ixħet il-ħarsa tiegħek ta’ mħabba lejn il-ħafna qlub ġenerużi qalb iż-żgħażagħ u stedinhom jimxu warajk. Għinnhom jifhmu li fik biss jistgħu jilħqu l-milja tagħhom.

 

Aħna nafdaw dawn ix-xewqat kbar tal-Qalb tiegħek f’idejn l-interċessjoni qawwija ta’ Marija, Omm u mudell tal-vokazzjonijiet kollha, u nitolbuk issaħħaħ il-fidi tagħna biċ-ċertezza li l-Missier ser jisma’ għal dak li inti stess igwidajtna biex nitolbuh. Ammen.

Papa Ġwanni Pawlu II

 


 

48. Għal dawk li huma msejħin biex iwieġbu għas-sejħa t’Alla

 

Mulej Ġesu’, int sejjaħt l-ewwel dixxipli biex tagħmilhom sajjieda tal-bnedmin. Kompli semma llum is-sejħa ħelwa tiegħek: ‘Ejja u imxi warajja.’ Agħti lill-irġiel u lin-nisa il-grazzja li jwieġbu bla dewmien għas-sejħa tiegħek. Qawwi l-isqfijiet, is-saċerdoti u l-erwieħ ikkonsagrati fix-xogħol appostoliku tagħhom.

 

Agħti perseveranza lis-seminaristi u lil dawk kollha li qed jgħixu l-idejal ta’ ħajja b’konsagrazzjoni totali fis-servizz tiegħek. Nissel fil-komunitajiet tagħna żelu missjunarju. Ibgħat, Mulej, ħaddiema fil-għalqa tiegħek u tħallix lill-bniedem jintilef minħabba n-nuqqas ta’ rgħajja, missjunarji u nies ddedikati għall-kawża tal-Vanġelu.

 

Marija, Omm il-Knisja, mudell tal-vokazzjonijiet, għinna nwieġbu ‘iva’ lill-Mulej li jsejħilna biex nikkollaboraw mal-pjan divin tas-salvazzjoni. Ammen.

Papa Ġwanni Pawlu II

 


 

49. Għas-saċerdoti u l-vokazzjonijiet reliġjużi

 

O Ġesu’, ir-Ragħaj it-Tajjeb, li ġejt issalva dak li kien mitluf. Int waqqaft is-saċerdozju tal-Knisja Mqaddsa, biex il-ħidma tas-salvazzjoni tibqa’ għal dejjem.

 

Nitolbuk b’urġenza: ibgħat haddiema fil-għalqa tiegħek! Agħti lill-Knisja Qaddisa tiegħek saċerdoti qaddisa LI JIXIRQULHA. Agħti lill-Knisja tiegħek irġiel u nisa.

 

O Ġesu’, ir-Ragħaj it-Tajjeb, li ġejt biex issalva il-mitluf, inti waqqaft is-saċerdozju tal-Knisja Mqaddsa, sabiex il-ħidma tas-Salvazzjoni tkun tista’ tkun perpetwa.

 

Nitolbuk b’urġenza: ibgħat ħaddiema fil-għalqa tiegħek! Agħti lill-Knisja Mqaddsa tiegħek saċerdoti denji u qaddisa. Agħti lill-Knisja Mqaddsa tiegħek reliġjużi rġiel u nisa.

 

Agħmel li dawk li għażilt sa mill-eternita’ jkunu jistgħu iwettqu s-sejħa tiegħek. Tħalli lil ħadd li mhux denju, jitla’ t-taraġ tal-altar.

 

Ikkonferma s-saċerdoti u r-reliġjużi kollha il-vokazzjoni diffiċli tagħhom u bierek l-isforzi u l-ħidma tagħhom. Agħmel li huma jkunu l-melħ tal-art li jippreserva mill-korrozzjoni u li jkunu d-dawl tad-dinja li jdawwal lill-fidili bi kliemhom u għemilhom. Agħtihom l-Għerf, il-paċenzja u l-qawwa sabiex jippromwovu l-unur, il-propaganda tas-Saltna tiegħek fil-qlub tal-bnedmin, u jiggwidaw l-erwieħ li ġew fdati lilhom lejn il-ħajja eterna. Ammen.

Popolari

 


 

50. Talba għall-Vokazzjonijiet

 

O Alla, int għażilt lill-appostli biex jagħmlu dixxipli mill-ġnus kollha u li bil-Magħmudija u l-Griżma sejjaħtilna biex nibnu l-Knisja Qaddisa tiegħek, nitolbuk bil-ħerqa biex tagħżel minn fostna wliedek, ħafna saċerdoti, djakni u reliġjużi rġiel u nisa li jħobbuk b’qalbhom kollha u li jkunu lesti jgħixu ħajjithom kollha biex jagħmluk magħruf u maħbub minn kulħadd. Ammen. –

Arċidjoċesi ta’ Winnipeg

 


 

51. It-Talba tal-Missierna għall-Vokazzjonijiet

 

Mexxej:     Missierna li inti fis-smewwiet,

 

Kulħadd:    Inti  wegħedtna  li ma tħalliniex iltiema.

Ibagħat lill-ministri qaddisa tas-salvazzjoni tiegħek biex jagħtuna l-ħajja fl-Ispirtu permezz tal-ikel tal-fidi u l-karita'.

 

Mexxej:      Jitqaddes Ismek,

 

Kulħadd:    Permezz  tal-ministri  magħżula tiegħek

mimlija bl-Ispirtu tiegħek agħmel li tkun magħruf u maħbub minn nies kollha tad-dinja.

 

Mexxej:     Tiġi Saltnatek,

 

Kulħadd:    U    ħa   tkun  mibnija  bil-ministri  fidili

tiegħek permezz tal-qdusija ta' ħajjithom, taż-żelu jħeġġeġ tagħhom għall-glorja tiegħek, u għas-salvazzjoni ta' kulħadd.

 

Mexxej:            Ikun li trid Int, kif fis-Sema, hekk hawn fl-art.

 

Kulħadd:           Missier Etern, tieqafx tipprovdi lill-Knisja tiegħek ministri qaddisa li jgħallmu lill-popli kollha l-Liġi qaddisa tiegħek.

 

Mexxej:            Ħobżna ta' kuljum, agħtina llum,

 

Kulħadd:           Il-ħobż tal-grazzja li jgħajjixna permezz

tas-sagramenti.  Agħmel  li   l-Knisja

tiegħek tkun sinjura b'ministri magħżula li jġibu l-grazzja qaddisa tiegħek lill-irġiel u n-nisa kollha.

 

Mexxej:            Aħfrilna dnubietna, bħal ma aħna naħfru lil min hu ħati għalina.

 

Kulħadd:           Agħti lill-poplu tiegħek, Mulej, saċerdoti

magħżula u fidili, li bis-sagrament tar-rikonċiljazzjoni jġibu lura għandek ħafna qlub li għandhom bżonn tal-maħfra tiegħek.

 

Mexxej:            La ddaħħalnix fit-tiġrib, iżda eħlisna minn kull deni.

 

Kulħadd:           Mulej, jekk id-dnubiet tagħna ċaħduna

mill-ħbiberija tiegħek, ibgħat il-ministri tal-ħniena tiegħek fostna, b'żelu personali u sagrifiċċju. Ħa jżommu r-ruħ tagħna 'l bogħod mid-dnub u jiggwidawna lejn il-qdusija u s-salvazzjoni eterna. Ammen

 

Mexxej:            Ejja nitolbu lil Marija, Omm Alla, għall-

vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi.

 

Kulħadd:           O Omm, qajjem fost il-ġenerazzjoni

żagħżugħa, ir-rieda li jservu lil Alla waħdu. Tkarrab għalina għal għadd ta' vokazzjonijiet fil-ħajja saċerdotali u reliġjuża. O Omm, ġedded l-fidi ta' kull lajk u lajka tagħna li f'kull qasam ta' ħajja soċjali, professjonali, kulturali u politika, huma jaħdmu skond il-verita'. Berikna lkoll u assistina bit-talb tiegħek sabiex ngħixu b'mod effettiv il-vokazzjoni li għaliha ġejna msejjħa. Ammen.

 


 

52. Talba għall-Vokazzjonijiet

 

O Ġesu', Ragħaj Tajjeb, agħtina li l-irġiel u n-nisa tal-komunita' tagħna, ikollhom il-grazzja u l-kuraġġ li jisimgħu u jwieġbu għas-sejħa tiegħek għas-saċerdozju u l-ħajja reliġjuża. Agħtihom l-għerf biex jifhmu li l-ħajja hija rigal. Agħtihom li jirrealizzaw li l-ħajja tagħhom hi parti mill-pjan prinċipali tiegħek. Sejjaħ lejk dawk li inti għażilt biex ixerrdu l-messaġġ tal-Vanġelu, u għinhom biex iwieġbu bil-liberta' għal ħajja ta' servizz fil-Knisja. Agħti lill-ġenituri u lill-familji tal-parroċċa tagħna l-wens u nkoraġġixxi liż-żgħażagħ irġiel u nisa biex ifittxu, isegwu u jwieġbu għas-sejħa t'Alla f'ħajjithom. Ammen.

 


 

53. Talba għall-Vokazzjonijiet għal dawk li ma jistgħux joħorġu mid-dar

 

Missier Maħbub, nirringrazzjawk tal-imħabba eterna tiegħek għalina. Nirringrazzjawk tad-don tas-sagramenti tiegħek - l-Ewkaristija li tgħajjixna, ir-Rikonċiljazzjoni li ġġeddidna, u s-Sagrament tal-Morda li jqawwina u jagħmlilna kuraġġ. Grazzi tal-Knisja tagħna u l-ministri tagħha li jġibulna d-doni tiegħek.

 

Nitolbuk għal żieda fil-vokazzjonijiet fis-saċerdozju u l-ħajja reliġjuża. Nitolbuk ukoll, jekk xi ħadd mill-familja tagħna jkun imsejjaħ biex iservik b'dan il-mod, biex jisimgħu u jwieġbu b'ġenerożita' għas-sejħa. Agħmel li l-familji fil-Knisja tagħna jħeġġuhom għat-tweġiba tagħhom lejk.

 

Mulej Ġesu', jiena ngħaqqad il-mard u s-sofferenzi tiegħi mas-sofferenzi u l-mewt tiegħek fuq is-salib. Noffrilek kollox għas-salvazzjoni tiegħi u għas-salvazzjoni tal-għeżież tiegħi. Ammen.

 


 

54. Talba għall-Vokazzjonijiet

 

Mulej Gesu, f’xatt il-bahar tal-Galilija

Int sejjaht lill-Appostli u ghamilthom

il-pedament tal-Knisja u ħabbara tal-Evanġelju tiegħek; mexxi llum il-Poplu tiegħek fi triqtu lejk.

 

Qawwi qalb dawk li ssejjaħ biex jimxu warajk

fis-sacerdozju u fil-ħajja kkonsagrata biex jagħnu l-għalqa ta' Alla bl-għerf tal-Kelma tieghek.

Agħmilhom strumenti tajba ta' mhabbtek fil-qadi ta' huthom.

Papa Ġwanni Pawlu II


 

55. Talba għall-Vokazzjoni Tiegħi

 

Missier li tista' kollox, Int tibgħat id-don tal-Ispirtu s-Santu għall-bini tal-Knisja tiegħek. Bl-għajnuna tal-istess Spirtu, agħtini l-grazzja li nisma' s-sejħa tiegħek f'ħajti. Agħtini l-qawwa u l-kuraġġ biex nagħmel ir-rieda tiegħek. Agħtini l-għerf u l-umilta' biex nagħżel it-triq tiegħek anki meta nsibha l-aktar diffiċli.

 

Mulej, bierek il-fidili kollha fil-Knisja tiegħek li qed ifittxu l-qdusija. Imma b'mod speċjali, ħares lis-saċerdoti, patrijiet u sorijiet. Għinhom joffru ħajjithom f'servizz bil-ferħ biex huma jkunu sinjal tal-preżenza tiegħek fostna.

 

Nitolbuk, Missier, biex timla qalbna b'xewqa tħeġġeġ biex nimxu wara Ġesu'. Agħmel li jkun hemm ħafna, li joffru ħajjithom għas-servizz tal-Knisja, biex kulħadd isir jafek u jħobbok. Nitolbu dan bi Kristu Sidna. Ammen.