LAIKOS.org

Segretarjat għal-Lajċi, Malta.

 

2

 

Home

Librerija

Forum

Arkivju

Links

Ikkuntatjana

 

 

     

 

Mur lura għall-werrej …>

 

 

TALB GĦALL-BŻONNIJIET TAL-PAPA U L-ISQFIJIET

 

1.    Talba għall-Papa

 

Mulej, għajn tal-ħajja eterna u tal-verita’, agħti lir-Ragħaj tiegħek, il-Papa, spirtu ta’ kuraġġ u ġudizzju ġust, spirtu ta’ għerf u mħabba.

 

Billi jmexxi b’fedelta’ lil dawk li ġew afdati f’idejh, agħmel li, bħala suċċessur tal-appostlu Pietru u vigarju ta’ Kristu, jibni l-Knisja f’sagrament ta’ għaqda, imħabba u paċi għad-dinja kollha. Nitolbuk dan b’Sidna Ġesu Kristu, Ibnek, li jgħix u jsaltan miegħek u ma’ l-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

  

Mulej, ipproteġi int, lill-Missier Qaddis tagħna, il-Papa: Kun id-dawl, il-qawwa u l-konsolazzjoni tiegħu.  

 

(Vatikan II Missal ta’ Matul il-Ġimgħa)

 

Ġesu’ Kristu, Saċerdot Etern, Int xerridt demmek għall-salvazzjoni tal-poplu tiegħek. Agħtina, nitolbuk, li l-Missier Qaddis tagħna jibbenifika mill-frott tas-salvazzjoni ta’ Kristu offrut fuq l-altari madwar id-dinja, sabiex hu jkollu l-qawwa jegħleb il-perikli li bihom hu mdawwar fiż-żminijiet diffiċli tal-lum. Ammen.

 


2.    Talba għall-Isqfijiet

 

Mulej fuq is-salib!

Il-poplu t’Alla jersaq u jinżel għarkubbtejh quddiemek!

Inti ħadt l-Omm qaddisa tagħna l-Knisja miegħek fi triqtek lejn is-Salib.

Int poġġejtha taħt is-Salib Tiegħek,

U demmek ċarċar fuqha u fuqna!

 

Ara, aħna rridu niġbru d-demm mill-pjagi sagri ta’ riġlejk u nitolbuk bil-ħerqa f’ġieħ l-imħabba tiegħek, assisti lil Omm qaddisa tagħna l-Knisja u ggwida l-isqfijiet tagħna billi turihom minn fuq is-salib, O Mulej, l-aħjar triq.

 

Aħna niġbru d-demm mill-pjagi sagri ta’ jdejk u nitolbuk bil-ħerqa f’ġieħ l-imħabba Tiegħek, żomm idejk fuq Ommna l-Knisja u bierek lill-Missier Qaddis tagħna l-Papa u l-Isqfijiet, sabiex kliemhom u d-deċiżjonijiet kollha tagħhom iwasslu l-barkiet tiegħek!

 

Aħna niġbru d-demm li ċarċar mill-kuruna tax-xewk tiegħek u nitolbuk bil-ħerqa f’ġieħ l-imħabba tiegħek, agħti lil Ommna l-Knisja il-kuraġġ biex tistqarr il-fidi, biex id-depożitu qaddis tal-fidi jiġi ppriservat.

 

Saħħaħ lill-Missier Qaddis tagħna l-Papa, ħalli jkun jista’ jiddefendi l-integrita’ tal-fidi qaddisa tagħna u tat-tagħlim ta’ Kristu mingħajr kompromessi!

 

Int ħallejt li qalbek tkun miftuħa għall-Knisja tiegħek, għas-saċerdoti tiegħek, sabiex huma jkunu jistgħu jagħtuna lilek ta’ kuljum bħala sostenn u wens. Aktar ma’ jkollna tiġrib spiritwali, aktar ninġabru madwar l-altar u madwar is-salib  tiegħek.

 

Aħna niġbru d-demm ta’ qalbek u nitolbuk bil-ħerqa f’ġieħ l-imħabba tiegħek, ikollok ħniena minna u agħti lil ommna l-Knisja dik il-paċi qaddisa u interjuri għal darb’oħra li d-dinja ma tistax tagħti.

 

Ibgħat l-anġli tiegħek bħala gwardjani  u gwerriera u kkmandahom biex jipproteġu lill-Missier Qaddis tagħna l-Papa u l-Isqfijiet magħqudin miegħu ħalli aħna lkoll nimxu lejn żmien ta’ paċi għal darb’oħra.

 

Agħmel li l-Knisja tiegħek, ippurifikata u mġedda, terġa’ tqum minn qalbek u toħroġ il-barra minn dawn iż-żminijiet ta’ konfużjoni spiritwali.

 

Bierek, O Mulej, lill-Missier Qaddis tagħna l-Papa u lill-Isqfijiet magħquda miegħu li aħna nippreżentaw quddiemek fit-talb ħerqan tagħna! Ammen. 

 

Sit Uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta                                                                                                                                                         http://www.laikos.org