|
X’JGĦIDU UĦUD MILL-PAPIET JEW QADDISIN
DWAR IL-QUDDIESA
a) Papa Pawlu VI jgħidilna li l-Quddiesa hija l-aqwa u l-ogħla Talba li nistgħu noffru ‘l Alla.
b) F’Rivelazzjoni, il-Mulej qal lil S.Ġertrude, li waqt is-siegħa tal-mewt Alla jibgħatilna qaddisin mis-sema, biex isabbruna, skond kemm- il Quddiesa tajba nkunu ħadna sehem fihom, tul ħajjitna.
c) Il-Papa Benedittu XV qalilna li Quddies li nieħdu sehem fih, f’ħajjitna, jiswew aktar mill-Quddies li jsirilna wara mewtna.
d) S. Anselmu, Duttur kbir tal-Knisja jgħid li Quddiesa waħda tajba offruta għalina nfusna f’ħajjitna tiswa aktar minn elf waħda, wara mewtna.
e) S.Ġwanmn Marija Vianney, il-Qaddis Protettur tal-kappillani jgħidilna li waqt li nitqarbnu għandna nesperjenzaw ċerta ferħ kbir, inħossuna tant kuntenti li ninsew fejn inkunu dak il-ħin.
f) L-għaref S.Tumas d’Aquino jgħid li s-Sagrifiċċju tal-Quddiesa li nieħdu sehem fiha, għandha valur daqs il-mewt ta’ Ġesu fuq is-salib.
g) Jerġa’ jgħidilna S.Ġwann Marija Vianney li kieku kellna nifhmu sewwa x’inhija l-Quddiesa, kieku mmutu bil-ferħ.
h) Jkompli S.Ġwann Marija Vianney, u jgħidilna li ma jeżisti xejn aqwa mill-Quddiesa. Kieku Alla kellu xi ħaġa aktar prezzjuża, żgur li kien jagħtihielna.
i) S.Pio ta' Pietralincina, nafuh aktar bħala Padre Pio ta’ Pietralcina jgħidilna li għad-dinja huwa aktar faċli li tgħaddi mingħajr ix-xemx, milli mingħajr il-Quddies.
j) Il-Papa, S.Girgor il-Kbir jgħid li waqt is-Sagrifiċċju tal-Ewkaristija, is-smewwiet jinfetħu u jinżlu eluf ta’ anġli biex jassistu għas-Sagrifiċċju.
k) Santu Wistin jgħidilna li waqt il-Quddiesa jinżlu l-anġli biex jassistu, jgħinu lis-Saċerdot fis-sagrifiċċju.
l) Ħsieb sabiħ ta’ S.Ġwann Kriżostmu, li jgħidilna li waqt kull ċelebrazzjoni ta’Quddiesa, issir fejn issir, kull ħin, jinżlu kwantita ta’ anġli mis-sema biex jaduraw il-vittma li jkun hemm fuq l-altar.
m) Waqt il-mument tal-ġudizzju tagħna, jkollna preżenti magħna, biex jaqbżu għalina, kull quddiesa li nkunu ħadna sehem fiha.
n) Bis-sehem tagħna fil-Quddies jinħafrulna d-dnubiet venjali kollha, dawk id-dnubiet li ddeċidejna li nevitaw u ma nagħmlux aktar.
o) Permezz tal-Quddies, is-setgħa tax-xitan fuqna, tonqos ħafna.
p) Is-sehem fil-Quddies itaffi ħafna l-piena tal-erwieħ tal-Purgatorju.
q) Bis-sehem tajjeb tagħna fis-Sagrifiċċju tal-Ewkaristija, ninħelsu minn ħafna diżgrazzji u perikoli, tul ħajjitna.
r) Kull Quddiesa li nieħdu sehem fiha, tnaqqsilna ż-żmien tagħna fil-purgatorju.
s) Permezz tal-Quddies ikollna ħafna grazzji u barkiet fuq ix-xogħol tagħna, u f’kull ma nagħmlu matul il-ħajja tagħna.