X’JGĦIDULNA  UĦUD  MILL-PAPIET JEW QADDISIN  DWAR  IL-QUDDIESA

 

a)   Papa Pawlu VI jgħidilna li l-Quddiesa hija l-aqwa u l-ogħla Talba li nistgħu  noffru ‘l Alla.

b)   F’Rivelazzjoni, il-Mulej qal lil S.Ġertrude, li waqt is-siegħa tal-mewt Alla jibgħatilna qaddisin mis-sema, biex isabbruna, skond kemm- il Quddiesa tajba nkunu ħadna sehem fihom, tul ħajjitna.

c)   Il-Papa Benedittu XV qalilna li Quddies li nieħdu sehem fih, f’ħajjitna, jiswew aktar mill-Quddies li jsirilna wara mewtna.

d)   S. Anselmu, Duttur kbir tal-Knisja jgħid li Quddiesa waħda tajba offruta għalina nfusna f’ħajjitna tiswa aktar minn elf waħda, wara mewtna.

e)   S.Ġwanmn Marija Vianney, il-Qaddis Protettur tal-kappillani jgħidilna li waqt li nitqarbnu għandna nesperjenzaw ċerta ferħ kbir, inħossuna tant kuntenti li ninsew fejn inkunu dak il-ħin.

f)    L-għaref S.Tumas d’Aquino jgħid li s-Sagrifiċċju tal-Quddiesa li nieħdu sehem fiha, għandha valur daqs il-mewt ta’ Ġesu fuq is-salib.

g)   Jerġa’ jgħidilna S.Ġwann Marija Vianney li kieku kellna nifhmu sewwa x’inhija l-Quddiesa, kieku mmutu bil-ferħ.

h)   Jkompli S.Ġwann Marija Vianney, u jgħidilna li ma jeżisti xejn aqwa mill-Quddiesa. Kieku Alla kellu xi ħaġa aktar prezzjuża, żgur li kien jagħtihielna.

i)    S.Pio ta' Pietralincina, nafuh aktar bħala Padre Pio ta’ Pietralcina jgħidilna li għad-dinja huwa aktar faċli li tgħaddi mingħajr ix-xemx, milli mingħajr il-Quddies.

j)    Il-Papa, S.Girgor il-Kbir jgħid li waqt is-Sagrifiċċju tal-Ewkaristija, is-smewwiet jinfetħu u jinżlu eluf ta’ anġli biex jassistu għas-Sagrifiċċju.

k)   Santu Wistin jgħidilna li waqt il-Quddiesa jinżlu l-anġli biex jassistu, jgħinu lis-Saċerdot fis-sagrifiċċju.

l)    Ħsieb sabiħ ta’ S.Ġwann Kriżostmu, li jgħidilna li waqt kull ċelebrazzjoni ta’Quddiesa, issir fejn issir, kull ħin, jinżlu kwantita ta’ anġli mis-sema biex jaduraw il-vittma li jkun hemm fuq l-altar.

 

Ħsibijiet oħra sbieħ

m)  Waqt il-mument tal-ġudizzju tagħna, jkollna preżenti magħna, biex jaqbżu għalina, kull quddiesa li nkunu ħadna sehem fiha.

n)   Bis-sehem tagħna fil-Quddies jinħafrulna d-dnubiet venjali kollha, dawk id-dnubiet li ddeċidejna li nevitaw u ma nagħmlux aktar.

o)   Permezz tal-Quddies, is-setgħa tax-xitan fuqna, tonqos ħafna.

p)   Is-sehem fil-Quddies itaffi ħafna l-piena tal-erwieħ tal-Purgatorju.

q)   Bis-sehem tajjeb tagħna fis-Sagrifiċċju tal-Ewkaristija, ninħelsu minn ħafna diżgrazzji u perikoli, tul ħajjitna.

r)    Kull Quddiesa li nieħdu sehem fiha, tnaqqsilna ż-żmien tagħna fil-purgatorju.

s)   Permezz tal-Quddies ikollna ħafna grazzji u barkiet fuq ix-xogħol tagħna,  u f’kull ma nagħmlu matul il-ħajja tagħna.