Mur fil-paġna bil-werrej tat-talb ...

 

REGINA COELI

 

Sultana tas-sema, ifraħ: Halleljah.

Għaliex dak li stħaqqlek tkun omm: Hallelujah.

Qam minn bejn l-imwiet kif kien qal: Hallelujah.

Itlob ‘l Alla għalina: Hallelujah.

Ifraħ u thenna, Verġni Marija: Hallelujah.

Għaliex il-Mulej qam tassew minn bejn l-imwiet: Hallelujah.

 

Nitolbu. O Alla, bil-qawmien mill-imwiet ta’ Ibnek Ġesù Kristu, Sidna, għoġbok tferraħ id-dinja; agħtina, nitolbuk, li b’Ommu l-Verġni Marija, niksbu l-ferħ tal-ħajja ta’ dejjem. Bi Kristu Sidna. Ammen.

 

 

L-istorja tgħid li l-ewwel linji tar-Regina Coeli (Sultana tas-Sema) intqalu mill-anġli lill-Papa Gregorju l-Kbir fis-seba’ seklu waqt li huwa kien qed imexxi purċissjoni tal-Għid il-Kbir.  Il-Papa nnifsu żied il-kumplament.  Imbagħad il-Papa Benedittu XIV ordna li fi żmien l-Għid il-Kbir tibda tingħad mill-insara minflok it-talba tal-Angelus.