Il-Ġimgħa
Mqaddsa
It-Tlieta
Qari I
Jien nagħmel minnek dawl għall-ġnus, biex is-salvazzjoni
tiegħi sa truf l-art tinfirex.
Iż 49, 1-6
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Iżaija
Isimgħuni,
gżejjer,
agħtuni widen, popli
mbiegħda!
Il-Mulej mill-ġuf
sejjaħli, mill-ġewwieni ta’ ommi ftakar f’ismi.
Għamilli fommi xabla
misnuna,
taħt id-dell ta’ idu
ħbieni.
Għamel minni
vleġġa maħtura,
fil-barżakka
tiegħu ħbieni.
U qalli: “Iżrael,
inti l-qaddej tiegħi,
bik jiena nkun
imfaħħar”.
U jien għedt:
“Għalxejn inkeddejt,
u fix-xejn ħlejt
saħħti.
Imma f’idejn il-Mulej
il-kawża tiegħi,
u l-ħlas tiegħi
għand Alla tiegħi”.
Issa tkellem il-Mulej,
li minn ġuf ommi
għamilni qaddej tiegħu,
biex għandu
rraġġa’ lura ’l Ġakobb,
u biex Iżrael
jinġabar miegħu mill-ġdid,
għax jien kont
imfaħħar f’għajnejn il-Mulej,
u Alla tiegħi kien
il-qawwa tiegħi.
Hu qalli: “Tkun
ħaġa żgħira wisq għalik,
li inti tkun il-qaddej
tiegħi,
biex tqajjem it-tribù ta’
Ġakobb,
u traġġa’ lura
l-fdal ta’ Iżrael.
Jien nagħmel minnek
dawl għall-ġnus,
biex is-salvazzjoni
tiegħi sa truf l-art tinfirex”.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil
Alla
Salm
Responsorjali
Salm 70 (71),
1-2.3-4a.5-6ab.15 u 17
R/. (ara 15): Mulej,
fommi jxandar il-ġustizzja tiegħek
Fik, Mulej, jien
nistkenn;
ma jkolli qatt għax
ninfixel.
Għall-ġustizzja
tiegħek salvani u ħarisni;
agħtini widen u
fittex eħlisni. R/.
Kun sur ta’ kenn
għalija;
int wegħedt li
tiġi dejjem issalvani,
għax blata u
fortizza int għalija.
Alla tiegħi,
ħarisni minn id il-ħażin. R/.
Għax inti, Sidi,
it-tama tiegħi;
Mulej, inti
l-fiduċja tiegħi sa minn żgħożiti.
Fuqek serraħt sa
minn twelidi,
sa minn ġuf ommi
inti ħadtni. R/.
Fommi jxandar
il-ġustizzja tiegħek,
il-jum kollu
l-għemejjel tal-għajnuna tiegħek,
għalkemm jien stess
ma nafx kif ngħoddhom.
O Alla, sa minn
żgħożiti int għallimtni;
u jien s’issa għadni
nxandar għeġubijietek. R/.
Akklamazzjoni
qabel l-Evanġelju
Glorja u tifħir
lilek, Kristu!
Is-sliem għalik,
Sultan tagħna,
li qgħadt
għar-rieda ta’ Missierek:
ħaduk biex isallbuk,
bħal ħaruf
ġwejjed għall-qatla.
R/. Glorja u tifħir
lilek, Kristu!
Evanġelju
Wieħed minnkom se jittradini ... is-serduk ma jkunx idden qabel ma
tkun ċħadtni tliet darbiet.
Ġw 13,
21-33.36-38
Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann
F’dak iż-żmien,
waqt li kien fil-mejda mad-dixxipli tiegħu, Ġesù ħass
ruħu jitħawwad, u stqarr bil-miftuħ: “Tassew tassew ngħidilkom li
wieħed minnkom se jittradini”. Id-dixxipli qabdu
jħarsu lejn xulxin, ma jafux għal min qal hekk. Wieħed
mid-dixxipli tiegħu, dak li Ġesù kien iħobb, kien maġenbu fuq il-mejda, b’rasu
ma’ sider Ġesù. Xmun Pietru għamillu sinjal u staqsieh:
“Għal min qiegħed jgħid?”. Dak, kif kien mimdud hekk fuq sider Ġesù,
staqsieh: “Min hu, Mulej?”. Wieġbu Ġesù: “Dak li għalih se nbill din
il-loqma ħobż fil-platt u nagħtihielu”. Imbagħad bill
biċċa
ħobż, u qabad u taha lil Ġuda ta’
Xmun l-Iskarjota. Ġuda ħa l-biċċa ħobż u
daħal fih ix-Xitan. Qallu Ġesù: “Dak li
se tagħmel, agħmlu u ddumx”. Imma ħadd minn dawk li kienu
fuq il-mejda ma kien jaf għalfejn qallu hekk. Billi Ġuda
kien il-kaxxier, xi wħud stħajlu lil Ġesù jgħidlu: “Mur ixtri dak li
neħtieġu għall-festa”, jew biex imur jagħti xi
ħaġa lill-foqra. Dak, wara li ħa l-biċċa
ħobż, minnufih ħareġ ’il barra. Kien billejl.
Kif ħareġ
Ġuda, Ġesù qal: “Bin il-bniedem huwa gglorifikat issa, u permezz tiegħu
huwa gglorifikat Alla. Jekk Alla huwa gglorifikat permezz ta’ Bin
il-bniedem, Alla wkoll permezz tiegħu nnifsu għad jigglorifika lilu,
u dalwaqt jigglorifikah. Uliedi, ftit ieħor se ndum magħkom; intom
tfittxuni, u bħalma għedt lil-Lhud, hekk ukoll ngħidu issa
lilkom: Fejn sejjer jien, intom ma tistgħux tiġu”. Qallu Xmun Pietru:
“Fejn sejjer, Mulej?”. U Ġesù wieġbu: “Fejn sejjer jien, int
għalissa ma tistax tiġi miegħi; imma tiġi warajja aktar
tard”. Qallu Pietru: “Għaliex, Mulej, ma nistax
niġi miegħek issa? Għalik jiena nagħti
ħajti!”. Wieġbu
Ġesù: “Inti, tagħti ħajtek għalija? Tassew tassew
ngħidlek li s-serduk ma jkunx idden qabel ma tkun ċħadtni tliet darbiet!”
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek
Kristu