It-Tielet Ġimgħa taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Il-Ħamis
Qari I
B’fidi sħiħa nżommu sħiħ fl-istqarrija qawwija tat-tama tagħna u naraw kif nistgħu nħajru lil xulxin għall-imħabba.
Lhud 10, 19-25
Qari mill-Ittra
lil-Lhud
Ladarba, ħuti,
għandna l-fiduċja
li nidħlu fis-Santwarju
bis-saħħa tad-demm
ta’ Ġesù billi ngħaddu mit-triq, ġdida u ħajja, li hu fetħilna ’l ġewwa mill-velu, li hu l-ġisem tiegħu stess; u ladarba għandna dan il-qassis il-kbir imqiegħed fuq il-familja ta’ Alla, ejjew nersqu b’qalb
sinċiera u b’fidi sħiħa, bi qlubna mnaddfin minn kuxjenza
ħażina u l-ġisem
tagħna maħsul b’ilma safi.
Inżommu sħiħ
fl-istqarrija qawwija tat-tama tagħna, għax ta’ kelmtu huwa dak li għamlilna l-wegħda. Naraw kif nistgħu nħajru lil xulxin għall-imħabba
u għall-għemil tajjeb.
Ma ninqatgħux mil-laqgħat
tagħna flimkien, kif ħadu d-drawwa jagħmlu xi wħud; agħmlu l-qalb lil xulxin; u dan wisq aktar għandkom
tagħmluh, aktar ma taraw li qiegħed joqrob il-Jum.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr
lil Alla
Salm Responsorjali
Salm 23 (24),
1-2.3-4ab.5-6
R/. (ara
6b): Aħna nfittxu ’l wiċċek, Mulej
Tal-Mulej
hi l-art u kulma fiha,
id-dinja
u kulma jgħix fiha.
Għax hu fuq
l-ibħra waqqafha,
u fuq
ix-xmajjar fis-sod qegħedha. R/.
Min jista’
jitla’ fuq l-għolja tal-Mulej?
Min joqgħod
fil-post imqaddes tiegħu?
Min għandu
jdejh indaf u qalbu safja,
min ma jagħtix
ruħu għall-frugħa,
u anqas
ma jaħlef bil-qerq.
R/.
Dan ikollu
barka mingħand il-Mulej,
u l-ħlas
li ħaqqu minn Alla, is-Salvatur tiegħu.
Dan hu n-nisel ta’ dawk li jfittxuh;
li jfittxu
’l wiċċek, Alla
ta’ Ġakobb. R/.
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
Salm 118
(119), 105
Hallelujah. R/. Hallelujah
Fanal għal
riġlejja l-kelma tiegħek,
u dawl
fil-mogħdija tiegħi.
R/. Hallelujah
Evanġelju
Il-musbieħ iġibuh biex iqegħduh fuq l-imnara.
Bl-istess kejl li tkejlu intom jitkejjel lilkom.
Mk 4, 21-25
Qari mill-Evanġelju
skont San Mark
F’dak iż-żmien,
Ġesù qal lill-folla: “Jaqaw il-musbieħ iġibuh biex iqegħduh taħt is-siegħ jew taħt is-sodda? Mhux fuq
l-imnara jqegħduh? Għax ma hemm xejn moħbi jekk mhux biex
jingħaraf, u xejn ma
hu mistur jekk mhux biex jinġieb
għad-dawl. Jekk hawn min għandu widnejn biex jisma’,
ħa jisma’!”.
U qalilhom:
“Oqogħdu attenti x’tisimgħu! Bl-istess kejl li tkejlu intom jitkejjel lilkom, u jingħatalkom iżjed ukoll. Għax min għandu, jingħatalu; u min ma għandux,
jitteħidlu saħansitra
dak li għandu”.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek
Kristu