Il-Wieħed u Għoxrin Ġimgħa taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Il-Ġimgħa
Qari I
Dan irid Alla minnkom: il-qdusija tagħkom.
1 Tess 4, 1-8
Qari mill-Ewwel Ittra ta’ San Pawl Appostlu lit-Tessalonkin
Ħuti, intom tgħallimtu mingħandna kif għandkom timxu biex togħġbu lil Alla, kif
tabilħaqq qegħdin
iġġibu ruħkom;
aħna f’Sidna Ġesù nitolbukom u nħeġġukom biex tagħmlu xi ħaġa iżjed.
Tafu x’tagħlim tajniekom permezz ta’ Sidna Ġesù. Dan irid Alla minnkom: il-qdusija
tagħkom, li titbiegħdu
miż-żína, u li kull
wieħed minnkom iżomm ’il
ġismu fil-qdusija u l-ġieħ, u ma jħallix
il-passjoni tegħlbu bħall-pagani li ma jagħrfux
lil Alla. F’din il-ħaġa ħadd ma għandu jagħmel tort jew
ħsara lil ħuh, għax il-Mulej jaf jitħallas
ta’ dan kollu, kif ġa għednielkom
qabel u tajniekom xhieda. Għax Alla ma sejħilniex biex ngħixu fiż-żína, imma fil-qdusija. Għalhekk min iwarrab dan it-tagħlim, ikun iwarrab mhux lill-bniedem,
iżda lil Alla li takom l-Ispirtu qaddis tiegħu.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla
92 93
Salm Responsorjali
Salm 96 (97), 1 u 2b. 5-6. 10. 11-12
R/. (12a): Ifirħu, ġusti,
fil-Mulej
Il-Mulej isaltan! Ħa taqbeż l-art bil-ferħ,
u jifirħu l-ħafna gżejjer!
Sħab u dlam hemm madwaru;
is-sewwa u l-ħaqq is-sisien tat-tron tiegħu. R/.
Bħax-xama’ jdubu l-muntanji quddiem il-Mulej,
quddiem is-Sid tal-art kollha.
Ixandru s-smewwiet il-ġustizzja tiegħu;
jaraw il-popli kollha s-sebħ tiegħu. R/.
Iħobb il-Mulej lil min jobgħod il-ħażen,
iħares il-ħajja ta’ ħbiebu,
jeħlishom minn idejn il-ħżiena.
R/.
Ifeġġ id-dawl fuq il-ġust,
u l-hena għal qalb in-nies sewwa.
Ifirħu, ġusti, fil-Mulej,
u faħħru l-isem qaddis tiegħu. R/.
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
Lq 21, 36
Hallelujah. R/. Hallelujah
Ishru, u itolbu l-ħin kollu,
biex tkunu tifilħu tieqfu quddiem Bin il-bniedem.
R/. Hallelujah
Evanġelju
Ara l-għarus!
Oħorġu ilqgħuh!
Mt 25, 1-13
Qari mill-Evanġelju skont San Mattew
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu din il-parabbola:
“Is-Saltna tas-Smewwiet ixebbhuha ma’ għaxar xebbiet li ħarġu bl-imsiebaħ tagħhom biex jilqgħu l-għarus. Ħamsa minnhom kienu boloh
u ħamsa għaqlin, għax il-boloh ħadu l-imsiebaħ imma ma ħadux żejt magħhom, waqt li l-għaqlin ħadu mhux biss l-imsiebaħ iżda wkoll iż-żejt fil-kwies. L-għarus iddawwar ma ġie, u għalhekk ilkoll ħadhom in-ngħas u raqdu.
Imbagħad f’nofs ta’ lejl instama’ min jgħajjat: “Ara l-għarus! Oħorġu ilqgħuh!”. Dawk ix-xebbiet
qamu lkoll u ħejjew l-imsiebaħ tagħhom. Iżda l-boloh qalu lill-għaqlin:
“Agħtuna ftit żejt minn tagħkom, għax l-imsiebaħ tagħna jintfew”. Qabżu l-għaqlin u qalu: “Għandu mnejn ma jibqax biżżejjed, la għalina u lanqas għalikom! L-aħjar, morru għand tal-ħanut u ixtru għalikom”.
Xħin dawk marru biex
jixtru jiġi l-għarus; dawk li kienu lesti daħlu
miegħu għall-festa
tat-tieġ, u l-bieb ingħalaq. Saflaħħar
waslu wkoll ix-xebbiet l-oħra, u bdew jgħidu: “Sinjur, Sinjur, iftħilna!”. Iżda hu weġibhom
u qal: “Tassew, ngħidilkom, lilkom ma nafkomx”.
Ishru, mela, għaliex la tafu l-jum u lanqas
is-siegħa”.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu