Il-Ħamsa
u Għoxrin Ġimgħa
taż-Żmien ta’ Matul
is-Sena
Is-Sibt
Qari I
Ġej biex ngħammar f’nofsok.
Żak 2, 5-9.14-15a
Qari
mill-Ktieb tal-Profeta Żakkarija
Erfajt
għajnejja u ħarist,
u ara kien
hemm raġel li f’idu kellu ħabel
biex iqis. U jien għedtlu: “Fejn inti sejjer?”. U hu weġibni:
“Sejjer inqis ’il Ġerusalemm, biex nara kemm
hu l-wisa’ tagħha u kemm hu t-tul tagħha”.
U ara, l-anġlu li kien kellimni waqaf u anġlu ieħor resaq jiltaqa’ miegħu. U dak qallu: “Iġri, kellem lil dak
iż-żagħżugħ u għidlu: “Ġerusalemm tkun mgħammra bħal bliet mingħajr swar, daqs kemm ikun
hemm nies u bhejjem ġo fiha. U jien inkun
għaliha, oraklu tal-Mulej, ħajt tan-nar madwarha, u nkun is-sebħ tagħha f’nofsha”. Għajjat bil-ferħ u infexx fl-hena, bint Sijon, għaliex arani ġej biex ngħammar f’nofsok. Oraklu tal-Mulej.
U kotra kbira ta’ ġnus jingħaqdu dakinhar mal-Mulej; u huma
jkunu l-poplu tiegħi. U jiena ngħammar f’nofsok”.
Il-Kelma
tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali
Ġer 31, 10.11-12ab.13
R/. (10d): Il-Mulej iħarisna kif ragħaj iħares il-merħla tiegħu
Isimgħu,
ġnus, kelmet il-Mulej,
xandruha
’l bogħod fil-gżejjer
u għidu:
“Dak li xerred lil Iżrael
jiġbru,
u jħarsu kif ragħaj iħares il-merħla tiegħu”. R/.
Għax
il-Mulej feda lil Ġakobb,
ħelsu
minn id wieħed aqwa minnu.
Għad
jiġu u jgħannu fuq l-għolja ta’ Sijon,
u wiċċhom jiddi minħabba t-tieba tal-Mulej. R/.
Imbagħad
jifirħu x-xbejbiet biż-żfin,
jifirħu
ż-żgħażagħ u x-xjuħ.
“Jiena nbiddel il-vistu tagħhom f’hena,
infarraġhom
u nferraħhom wara l-hemm tagħhom”. R/.
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
ara 2 Tim 1, 10
Hallelujah. R/. Hallelujah
Is-Salvatur tagħna Kristu Ġesù qered il-mewt,
u dawwal il-ħajja permezz tal-Evanġelju.
R/. Hallelujah
Evanġelju
Bin il-bniedem għandu
jkun mogħti f’idejn il-bnedmin. Huma beżgħu jistaqsuh dwar dak li kien
qal.
Lq 9, 43b-45
Qari
mill-Evanġelju skont
San Luqa
F’dak
iż-żmien, waqt li
kulħadd kien imnixxef bil-għaġeb quddiem dan il-kobor
liema bħalu ta’ Alla, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Iftħu widnejkom sewwa għal dawn il-kelmiet: Bin il-bniedem għandu jkun mogħti f’idejn il-bnedmin”.
Iżda
huma ma fehmuhx dan il-kliem, u baqa’ mistur għalihom
hekk li ma qabdu xejn minnu, u beżgħu
jistaqsuh dwar dak li kien qal.
Il-Kelma
tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu