It-Tielet Ġimgħa tal-Għid
L-Erbgħa
Qari I
Bdew ixandru l-kelma kull fejn
marru.
Atti 8, 1b-8
Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli
Dak
iż-żmien qamet persekuzzjoni kbira kontra l-Knisja ta’ Ġerusalemm.
Barra mill-appostli kulħadd
xtered fl-artijiet tal-Lhudija
u tas-Samarija. Xi rġiel
twajba difnu lil Stiefnu, u bkewh ħafna. Sadattant
Sawl kien qiegħed
jagħmel ħerba
mill-Knisja; kien jidħol minn
dar għal oħra,
jaqbad
irġiel u nisa u jitfagħhom il-ħabs. Imma
dawk li xterdu bdew ixandru l-kelma kull fejn
marru. Filippu
niżel f’belt tas-Samarija u xandar lil Kristu lin-nies
tagħha. Il-folol tan-nies b’fehma waħda
kienu joqogħdu attenti għal dak li
kien
jgħidilhom Filippu, meta kienu jisimgħuh
u jaraw il-mirakli li kien
jagħmel. Kien hemm nies maħkuma
mill-ispirti ħżiena,
u dawn b’għajjat
kbir kienu joħorġu minn
ħafna minnhom; u ħafna nies oħrajn,
mifluġa jew zopop, kienu jitfejqu.
U kien hemm ferħ kbir f’dik
il-belt.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali
Salm 65 (66), 1-3a. 4-5. 6-7a
R/. (1): Għajtu bil-ferħ lil Alla, bnedmin tad-dinja kollha
jew:
Hallelujah, hallelujah, hallelujah
Għajtu
bil-ferħ lil Alla, bnedmin tad-dinja kollha;
għannu
s-sebħ ta’ ismu,
xandru
s-sebħ u t-tifħir
tiegħu.
Għidu
lil Alla: “Kemm int tal-biża’
f’għemilek!” R/.
“L-art
kollha tagħtik qima,
tgħannilek
u tgħanni lil ismek”.
Ejjew,
araw l-għemejjel ta’ Alla;
tal-biża’
f’għemilu fost il-bnedmin. R/.
Biddel
il-baħar f’art niexfa,
għaddew
bil-mixi minn nofs ix-xmara.
Għalhekk,
nifirħu bih!
Hu jsaltan bil-kobor tiegħu għal dejjem. R/.
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
ara Ġw 6, 40
Hallelujah. R/. Hallelujah
Min jemmen fl-Iben, ikollu l-ħajja ta’ dejjem, jgħid il-Mulej,
u
jiena nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum.
R/. Hallelujah
Evanġelju
Din hi r-rieda tal-Missier:
li kull min jara lill-Iben u jemmen fih, ikollu l-ħajja
ta’ dejjem.
Ġw 6, 35-40
Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann
F’dak
iż-żmien, Ġesù
qal lin-nies: “Jiena hu l-ħobż
tal-ħajja. Min jiġi
għandi ma jieħdu qatt il-ġuħ, u min jemmen fija ma jkun qatt bil-għatx!
Imma jiena ġa għedtilkom li, għalkemm rajtuni, ma emmintux. Dawk
kollha li jagħtini Missieri jiġu għandi, u min jiġi għandi ma nkeċċihx
’il barra;
għax jiena nżilt mis-sema mhux biex nagħmel ir-rieda
tiegħi, imma r-rieda ta’ min bagħatni. Issa
r-rieda ta’ min bagħatni
hija din: li jiena ma nitlef xejn minn
dak
kollu li tani, iżda li nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum. Din hi
tabilħaqq
ir-rieda ta’ Missieri: li kull min jara lill-Iben
u jemmen fih, ikollu
l-ħajja ta’ dejjem u jiena nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum”.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu