Il-Ħamsa
u Għoxrin Ġimgħa
taż-Żmien ta’ Matul
is-Sena
It-Tnejn
Qari I
Kull min hemm fostkom
mill-poplu tal-Mulej, ħa jitla’ Ġerusalemm, u jibni t-tempju tal-Mulej.
Esd 1, 1-6
Qari
mill-Ktieb ta’ Esdra
Fl-ewwel
sena ta’ Ċiru, sultan tal-Persja, biex iseħħ dak li kien qal il-Mulej
minn fomm Ġeremija, il-Mulej qanqal lil Ċiru,
sultan tal-Persja, biex joħroġ proklama fis-saltna tiegħu kollha, saħansitra bil-miktub, li tgħid: “Hekk jgħid Ċiru s-sultan tal-Persja:
“Il-Mulej, Alla tas-smewwiet, tani s-saltniet kollha tal-art, u qabbadni nibnilu tempju f’Ġerusalemm, belt ta’ Ġuda.
Kull min hemm fostkom mill-poplu kollu tiegħu,
ħa jkun miegħu Alla tiegħu! Ħa jitla’ Ġerusalemm, belt ta’ Ġuda, u jibni t-tempju tal-Mulej, Alla ta’ Iżrael. Hu Alla li qiegħed Ġerusalemm. U kull min fadal mill-poplu tiegħu, qiegħed fejn qiegħed, ħa jgħinuh in-nies tal-post b’fidda,
deheb, ġid, bhejjem, u offerti oħra minn
rajhom lit-tempju ta’ Alla, li hemm
f’Ġerusalemm””.
Il-kapijiet ta’ djar missirijiethom ta’ Ġuda u ta’ Benjamin, il-qassisin
u l-Leviti, u dawk kollha li Alla qanqalhom, qamu għalhekk biex jitilgħu Ġerusalemm ħa jibnu t-tempju tal-Mulej hemmhekk. Barra kull xorta ta’ offerti li għamlu minn
rajhom, dawk kollha li kienu joqogħdu madwarhom tawhom ukoll kull
xorta ta’ offerti ta’ fidda u deheb, ġid u bhejjem, u offerti ta’ valur kbir.
Il-Kelma
tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali
Salm 125 (126), 1-2ab.2ċd-3.4-5.6
R/. (3a): Kbir f’għemilu l-Mulej magħna!
Meta l-Mulej reġġa’ lura l-imjassra ta’ Sijon,
konna
qisna mitlufa f’ħolma;
imbagħad
bid-daħk imtela fommna,
u bl-għajjat ta’ ferħ ilsienna. R/.
Imbagħad
bdew jgħidu fost il-ġnus:
“Kbir f’għemilu
l-Mulej magħhom”.
Kbir
f’għemilu l-Mulej magħna!
U aħna bil-ferħ imtlejna. R/.
Biddel,
Mulej, xortina
bħall-widien
tan-Negeb!
Dawk
li jiżirgħu fid-dmugħ
jaħsdu
bl-għana ta’ ferħ.
R/.
Huma u sejrin, imorru jibku,
iġorru
ż-żerriegħa għaż-żrigħ.
Iżda
huma u ġejjin lura, jiġu b’għana ta’ ferħ,
iġorru
l-qatet f’idejhom. R/.
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
Mt 5, 16
Hallelujah. R/. Hallelujah
Hekk
għandu jiddi d-dawl tagħkom quddiem il-bnedmin,
biex
jaraw l-għemejjel tajba tagħkom
u jagħtu glorja lil Missierkom li hu fis-smewwiet.
R/. Hallelujah
Evanġelju
Il-musbieħ iqiegħduh
fuq l-imnara, biex kull min jidħol
ġewwa jara d-dawl.
Lq 8, 16-18
Qari
mill-Evanġelju skont
San Luqa
F’dak
iż-żmien, Ġesù
qal lill-folla: “Ħadd ma jixgħel musbieħ u jgħattih b’għatu jew
iqiegħdu taħt sodda, imma jqiegħdu
fuq l-imnara, biex kull min jidħol
ġewwa jara d-dawl. Għax ma hemm xejn moħbi
li ma għadx jidher, u xejn ma hemm mistur
li ma għadx jingħaraf
u jinġieb għad-dawl.
Mela oqogħdu attenti kif tisimgħu!
Għax min għandu, jingħatalu; u min ma għandux,
jitteħidlu saħansitra
dak li jaħseb li għandu”.
Il-Kelma
tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu