Is-Sibt wara l-Erbgħa tal-Irmied
Qari I
Jekk int qalbek toħroġ għall-imġewwaħ, imbagħad
id-dawl tiegħek ifiġġ fid-dlam.
Iż 58, 9b-14
Qari
mill-Ktieb tal-Profeta Iżaija
Dan jgħid il-Mulej:
“Jekk tneħħi
minn nofsok il-moħqrija,
ma
tmiddx subgħek u ma tagħmilx deni b’ilsienek,
jekk
int qalbek toħroġ għall-imġewwaħ,
u
xxabba’ qalb l-imnikket,
imbagħad
id-dawl tiegħek ifiġġ fid-dlam,
u
s-swied tiegħek ikun bħan-nofsinhar.
U l-Mulej jibqa’ jmexxik għal dejjem,
u
jxebbagħlek qalbek fl-imkejjen niexfa,
u
jsaħħaħlek għadmek.
Int
tkun bħal ġnien bis-saqwi,
bħal
għajn ta’ ilma ma jonqos qatt.
U jerġgħu jibnuk mill-ħerbiet tal-qedem,
mill-ġdid int
tibni s-sisien ta’ ġenerazzjonijiet sħaħ.
U jsejħulek: Bennej tas-swar imġarrfa,
li
jġedded it-toroq fejn wieħed joqgħod.
Jekk
int ma tixħetx is-Sibt taħt riġlejk,
billi
tagħmel li jogħġbok
fil-jum imqaddes tiegħi;
jekk
issejjaħ is-Sibt l-għaxqa tiegħek,
u
l-jum qaddis u mweġġaħ mill-Mulej;
jekk
tagħtih ġieħ
billi fih ma tagħmilx ix-xogħol ta’ kuljum,
u
ma tfittixx in-negozju u t-tlablib fieragħ,
imbagħad
issib l-għaxqa tiegħek fil-Mulej,
u
jiena ntellgħek fuq għoljiet l-art.
U nxebbgħek b’wirt Ġakobb, missierek.
Għax
fomm il-Mulej tkellem”.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali
Salm 85 (86), 1-2.3-4.5-6
R/. (11a): Urini, Mulej, triqatek
Agħtini
widen, Mulej, u weġibni,
għaliex
jiena msejken u fqajjar.
Ħarisli
ħajti, għax jiena twajjeb,
salva
l-qaddej tiegħek, għax fik jittama.
R/.
Int
Alla tiegħi, ħenn għalija, Sidi,
għax
lilek ngħajjat il-ħin kollu.
Ferraħ
ruħ il-qaddej tiegħek,
għax
lejk, Sidi, jien nerfa’ ruħi.
R/.
Għax
int, Sidi, twajjeb u taħfer,
kollok
tieba għal kull min isejjaħlek.
Agħti
widen, Mulej, għat-talba
tiegħi,
isma’
l-leħen tal-ilfiq tiegħi. R/.
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
Eżek 33, 11
Glorja
u tifħir lilek, Kristu!
Jien ma nitgħaxxaqx b’mewt il-midneb,
jgħid il-Mulej,
imma
bir-reġgħa lura tiegħu minn triqtu biex jgħix.
R/. Glorja u tifħir lilek, Kristu!
Evanġelju
Jien mhux lill-ġusti ġejt insejjaħ, iżda lill-midinbin għall-indiema.
Lq 5, 27-32
Qari
mill-Evanġelju skont
San Luqa
F’dak
iż-żmien, Ġesù
lemaħ wieħed pubblikan, jismu Levi, bilqiegħda
quddiem il-mejda tat-taxxi, u qallu: “Ejja warajja!”. Dak
telaq kollox, qam u mar warajh. Imbagħad
Levi għamillu laqgħa
kbira f’daru stess, u kien hemm magħhom
fuq il-mejda kotra kbira ta’ pubblikani u nies oħra. Il-Fariżej u l-kittieba sħabhom bdew igemgmu mad-dixxipli tiegħu,
u qalulhom: “Dan l-għala
tieklu u tixorbu mal-pubblikani u l-midinbin?”. U Ġesù
weġibhom: “Mhux dawk li huma f’saħħithom għandhom
bżonn it-tabib, iżda l-morda. Jien mhux lill-ġusti
ġejt insejjaħ, iżda lill-midinbin għall-indiema”.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu