It-Tielet Ġimgħa tal-Għid
It-Tnejn
Qari I
Ma kellhomx ħila
jieqfu lil Stiefnu għall-għerf u għall-Ispirtu li bih kien jitkellem.
Atti 6, 8-15
Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli
F’dak
iż-żmien, Stiefnu,
kollu grazzja u qawwa, kien jagħmel
mirakli u sinjali kbar fost il-poplu. Imbagħad
qamu xi wħud minn tas-Sinagoga
li jgħidulha tal-Meħlusin,
taċ-Ċirinej, tal-Lixandrin,
u ta’ oħrajn miċ-Ċiliċja
u mill-Asja, u bdew jeħduha
ma’ Stiefnu; imma ma kellhomx ħila jiqfulu
għall-għerf u għall-Ispirtu
li bih kien jitkellem.
Imbagħad
xewxu xi nies biex jgħidu: “Aħna smajnieh jidgħi b’Mosè u b’Alla”.
Qanqlu wkoll il-poplu u x-xjuħ u l-kittieba, li ġew għal
fuqu,
qabduh u ħaduh quddiem is-Sinedriju. U ġiebu
xhieda foloz biex jgħidu: “Dan ir-raġel qatt ma jieqaf
jitkellem
kontra dan it-tempju mqaddes u kontra l-Liġi; smajnieh jgħid
li dan Ġesù ta’ Nazaret għad iħott dan it-tempju u jbiddel id-drawwiet
li tana Mosè”. Dawk
kollha li kienu bilqiegħda fis-Sinedriju sammru għajnejhom fuqu,
u rawlu wiċċu qisu wiċċ ta’ anġlu.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali
Salm 118 (119), 23-24.26-27.29-30
R/. (1b): Henjin dawk li jimxu fil-liġi tal-Mulej
jew:
Hallelujah, hallelujah, hallelujah
Imqar
jekk il-kbarat joqogħdu jqassu fuqi,
fuq
il-kmandamenti tiegħek
jibqa’ jaħseb il-qaddej tiegħek.
Il-preċetti tiegħek huma l-għaxqa tiegħi,
huma
jagħtuni l-parir tajjeb. R/.
Triqati
wrejtek, u int weġibtni;
għallimni
l-kmandamenti tiegħek.
Fehemni
t-triq tal-preċetti tiegħek,
biex
naħseb fuq għeġubijietek. R/.
Biegħed
minni triq il-gideb;
agħtini
fi tjubitek il-liġi tiegħek.
Jiena
għażilt it-triq tas-sewwa;
ħtart
għalija d-digrieti tiegħek. R/.
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
Mt 4, 4b
Hallelujah. R/. Hallelujah
Il-bniedem mhux bil-ħobż biss jgħix,
iżda
b’kull kelma li toħroġ minn fomm Alla.
R/. Hallelujah
Evanġelju
Tħabtu mhux għall-ikel li jgħaddi, iżda għall-ikel li jibqa’ għall-ħajja ta’ dejjem.
Ġw 6, 22-29
Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann
L-għada li Ġesù mexa fuq il-baħar, in-nies li kienu għadhom in-naħa
l-oħra tal-baħar
raw li hemmhekk ma kienx hemm ħlief dgħajsa
waħda u li Ġesù
ma kienx tela’ fiha mad-dixxipli tiegħu, imma
li d-dixxipli kienu marru weħidhom. Mela
waslu xi dgħajjes oħra
minn Tiberija
qrib fejn kienu kielu l-ħobż
wara li l-Mulej kien radd il-ħajr.
Iżda
n-nies, meta raw li fuqhom la kien hemm Ġesù u lanqas
id-dixxipli tiegħu, telgħu fuq id-dgħajjes u marru lejn Kafarnahum ifittxu
lil Ġesù. U meta sabuh in-naħa l-oħra tal-baħar staqsewh:
“Rabbi, meta ġejt hawn?”.
Ġesù
weġibhom: “Tassew tassew ngħidilkom, intom qegħdin tfittxuni
mhux għax rajtu sinjali, imma għax kiltu mill-ħobż u xbajtu.
Tħabtu
mhux għall-ikel li jgħaddi, iżda għall-ikel li jibqa’ għall-ħajja ta’ dejjem, dak li Bin il-bniedem jagħtikom, għaliex lilu Alla l-Missier immarka
bis-siġill tiegħu”.
Imbagħad
staqsewh: “X’għandna nagħmlu biex nagħmlu l-opri ta’ Alla?”. Weġibhom Ġesù: “L-opra ta’ Alla hija din: li intom temmnu f’dak
li huwa bagħat”.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu