It-Tieni Ġimgħa tal-Għid
Il-Ħamis
Qari I
Ta’ dan kollu hawn xhieda aħna
flimkien mal-Ispirtu s-Santu.
Atti 5, 27-33
Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli
F’dak
iż-żmien, il-kmandant
u l-qaddejja ressqu lill-Appostli quddiem
is-Sinedriju. U l-qassis il-kbir qalilhom: “Aħna
għednielkom
fuq li għednielkom biex ma tgħallmux fuq dan l-isem. U araw,
issa mlejtu ’l Ġerusalemm bit-tagħlim tagħkom, u tridu titfgħu
fuqna l-ħtija ta’ demm dan il-bniedem!”.
Iżda
Pietru, flimkien mal-appostli, wieġeb u qal: “Jeħtieġ nobdu aktar lil Alla milli
l-bnedmin. Alla ta’ missirijietna qajjem lil Ġesù li intom
qtiltuh billi dendiltuh ma’ għuda. Alla għollieh bil-leminija tiegħu
u għamlu kap u salvatur, biex jagħti lil Iżrael l-indiema u l-maħfra
tad-dnubiet. U ta’ dan kollu hawn xhieda
aħna flimkien mal-Ispirtu
s-Santu li Alla ta lil dawk li jobduh”. Xħin
semgħu dan saħnu ħafna u waħħluha f’rashom li joqtluhom.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali
Salm 33 (34), 2 u 9.17-18.19-20
R/. (7a): Dan il-fqajjar sejjaħ u l-Mulej semgħu
jew:
Hallelujah, hallelujah, hallelujah
Kull ħin inbierek il-Mulej;
tifħiru
dejjem fuq fommi.
Ippruvaw
u taraw kemm hu tajjeb il-Mulej;
hieni
l-bniedem li jistkenn fih. R/.
Il-ħarsa tal-Mulej fuq il-ħżiena,
biex
jeqred minn fuq l-art tifkirithom.
Jgħajtu
l-ġusti għall-għajnuna,
u l-Mulej jismagħhom;
mid-dwejjaq kollha tagħhom jeħlishom. R/.
Qrib
il-Mulej lejn dawk b’qalbhom maqsuma,
jgħin
lil dawk b’ruħhom mifnija.
Kbar
huma l-ħsarat tar-raġel sewwa,
iżda
minnhom kollha jeħilsu l-Mulej. R/.
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
Ġw 20, 29
Hallelujah. R/. Hallelujah
Tumas,
emmint għax rajtni.
Henjin
dawk li ma rawx u emmnu.
R/. Hallelujah
Evanġelju
Il-Missier iħobb
lill-Iben, u ħalla kollox f’idejh.
Ġw 3, 31-36
Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann
F’dak
iż-żmien, Ġwanni
l-Battista qal lid-dixxipli
tiegħu: “Dak
li hu ġej minn fuq
hu
fuq
kulħadd; min hu
mill-art hu tal-art u jgħid ħwejjeġ tal-art; dak li hu
ġej mis-sema hu fuq kulħadd
u jixhed dak li ra u sama’; imma x-xhieda
tiegħu ħadd ma jilqagħha. Min ikun laqa’ x-xhieda tiegħu
jkun
wettaq li Alla hu l-verità. Għax
dak li bagħtu Alla jgħid il-kliem
ta’ Alla, għax Alla ma jagħtix l-Ispirtu bil-kejl. Il-Missier
iħobb lill-Iben, u ħalla kollox f’idejh. Min jemmen fl-Iben għandu l-ħajja ta’ dejjem; iżda min ma joqgħodx għall-Iben ma jarax il-ħajja,
imma tibqa’ fuqu l-korla ta’ Alla”.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu