Il-Ħmistax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari I
Mur, ħabbar
lill-poplu tiegħi.
Għamos 7, 12-15
Qari
mill-Ktieb tal-Profeta Għamos
F’dak
iż-żmien, Amasija,
qassis ta’ Betel, qal lil Għamos: “Mur, bniedem
veġġenti, itlaq lejn l-art ta’ Ġuda, u ħobżok kulu hemm, u
ħabbar hemm; u tkomplix iżjed tħabbar ġo Betel, għaliex Betel santwarju tas-sultan, it-tempju tas-saltna”.
Wieġeb
imbagħad Għamos u
qal lil Amasija:
“Jien m’iniex
profeta,
lanqas
bin profeta;
jiena
biss ragħaj u niżbor il-ġummajż.
Iżda
l-Mulej qabadni minn wara
l-merħla,
u l-Mulej qalli: Mur, ħabbar lill-poplu tiegħi, Iżrael”.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali
Salm 84 (85), 9ab-10. 11-12. 13-14
R/. (8): Uri lilna, Mulej, it-tjieba tiegħek,
u s-salvazzjoni tiegħek agħtina
Ħa
nisma’ xi jgħid Alla;
il-Mulej
is-sliem ixandar.
Qrib
hi tassew is-salvazzjoni tiegħu
għal
dawk li jibżgħu minnu,
biex
jgħammar is-sebħ f’artna. R/.
It-tjieba u l-fedeltà jiltaqgħu,
il-ġustizzja
u s-sliem jitbewsu.
Il-fedeltà mill-art tinbet,
u l-ġustizzja mis-sema tixref. R/.
Il-Mulej ukoll jagħti l-ġid tiegħu,
u artna tagħti l-frott tagħha.
Il-ġustizzja quddiemu timxi,
u s-sliem fuq il-passi
tiegħu. R/.
Qari II
Għażilna fih sa
minn qabel il-ħolqien tad-dinja.
Efes 1, 3-14
Qari
mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu
lill-Efesin
Imbierek
Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu,
li berikna b’kull xorta ta’ barka spiritwali, fis-smewwiet fi Kristu.
Hekk
hu għażilna fih, sa minn qabel il-ħolqien
tad-dinja,
biex
inkunu qaddisa u bla tebgħa quddiemu fl-imħabba.
Iddestinana
minn qabel
li nkunu għalih ulied adottivi
permezz
ta’ Ġesù Kristu;
hekk
għoġob lir-rieda tajba tiegħu,
għat-tifħir
tal-glorja tal-grazzja tiegħu,
li biha mliena fil-Maħbub tiegħu.
Fih aħna għandna l-fidwa bid-demm tiegħu,
il-maħfra
tad-dnubiet,
skont
l-għana tal-grazzja tiegħu.
Biha
fawwarna fl-għerf u l-għaqal kollu.
Hu għarrafna l-misteru tar-rieda tiegħu;
il-pjan
li għoġbu jfassal
fih minn qabel,
u li kellu jseħħ meta tasal il-milja taż-żminijiet;
jiġifieri,
li kollox jinġabar taħt Ras waħda,
li hu Kristu,
kulma
hu fis-sema u kulma hu fl-art.
Fih aħna wkoll konna magħżula,
iddestinati
minn qabel, skont il-pjan imfassal
minn
qabel minn min imexxi kollox skont
il-fehma tar-rieda tiegħu,
sabiex
inkunu għat-tifħir
tal-glorja tiegħu,
aħna,
li, sa minn qabel, konna nittamaw
fi Kristu.
U fih intom
ukoll smajtu l-Kelma tal-Verità,
l-Evanġelju
tas-salvazzjoni tagħkom,
u emmintu fiha.
Kontu
ssiġillati bl-Ispirtu
s-Santu li kien imwiegħed;
li hu r-rahan tal-wirt
tagħna
sakemm
għadna nistennew il-fidwa sħiħa
tal-Poplu
li Alla kiseb għalih, għat-tifħir
tal-glorja tiegħu.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla
Jew il-forma
l-qasira
Qari II
Għażilna fih sa
minn qabel il-ħolqien tad-dinja.
Efes 1, 3-10
Qari
mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu
lill-Efesin
Imbierek
Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu,
li berikna b’kull xorta ta’ barka spiritwali, fis-smewwiet fi Kristu.
Hekk
hu għażilna fih, sa minn qabel il-ħolqien
tad-dinja,
biex
inkunu qaddisa u bla tebgħa quddiemu fl-imħabba.
Iddestinana
minn qabel
li nkunu għalih ulied adottivi
permezz
ta’ Ġesù Kristu;
hekk
għoġob lir-rieda tajba tiegħu,
għat-tifħir
tal-glorja tal-grazzja tiegħu,
li biha mliena fil-Maħbub tiegħu.
Fih aħna għandna l-fidwa bid-demm tiegħu,
il-maħfra
tad-dnubiet,
skont
l-għana tal-grazzja tiegħu.
Biha
fawwarna fl-għerf u l-għaqal kollu.
Hu għarrafna l-misteru tar-rieda tiegħu;
il-pjan
li għoġbu jfassal
fih minn qabel,
u li kellu jseħħ meta tasal il-milja taż-żminijiet;
jiġifieri,
li kollox jinġabar taħt Ras waħda,
li hu Kristu,
kulma
hu fis-sema u kulma hu fl-art.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
Efes 1, 17-18
Hallelujah. R/. Hallelujah
Alla
ta’ Sidna Ġesù Kristu
idawwal
l-għajnejn ta’ qalbna
biex
nagħrfu x’inhi t-tama tas-sejħa tagħna.
R/. Hallelujah
Evanġelju
Il-missjoni
tal-appostli.
Mk 6, 7-13
Qari
mill-Evanġelju skont
San Mark
F’dak
iż-żmien, Ġesù
sejjaħ it-Tnax, u beda jibgħathom
tnejn tnejn, filwaqt
li tahom is-setgħa fuq l-ispirti ħżiena.
U wissiehom biex ma jieħdu
xejn magħhom għat-triq ħlief ħatar: la ħobż, la
ħorġa, lanqas flus fi ħżiemhom;
imma li jilbsu l-qrieq u ma jxiddux żewġ ilbiesi.
Qalilhom:
“Fejn tidħlu f’xi dar, ibqgħu
fiha sa ma titilqu minn hemmhekk.
U jekk xi post ma jilqagħkomx
u ma jisimgħukomx, itilqu
minn hemm u farfru t-trab minn
taħt saqajkom bħala xhieda kontrihom”.
Ħarġu
mela jxandru biex in-nies jindmu;
u keċċew bosta xjaten, u dilku ħafna morda biż-żejt u fejquhom.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu