L-Ottava tal-Għid
Il-Ħamis
Qari I
Qtiltu lill-Awtur
tal-ħajja, imma Alla qajmu mill-imwiet.
Atti 3, 11-26
Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli
F’dak
iż-żmien, waqt li
r-raġel il-magħtub
kien imqabbad ma’ Pietru
u Ġwanni, in-nies, mistagħġba għall-aħħar, ġrew
ilkoll flimkien lejhom
ħdejn il-portiku li jgħidulu ta’ Salamun. Pietru,
kif rahom qalilhom: “Nies ta’ Iżrael, x’intom tistagħġbu b’dan?
Jew x’intom tħarsu lejna, qisna konna
aħna li b’ħilitna
jew bit-tieba
tagħna għamilna lil dan ir-raġel
jimxi? Alla ta’ Abraham, Alla
ta’ Iżakk, u Alla ta’ Ġakobb, Alla ta’ missirijietna gglorifika lill-qaddej
tiegħu, Ġesù, li intom ittradejtuh u ċħadtuh quddiem Pilatu,
għalkemm dan kien qatagħha li jitilqu. Intom ċħadtu l-Qaddis u l-Ġust, tlabtu l-ħelsien ta’ wieħed qattiel u qtiltu lill-Awtur
tal-ħajja. Imma Alla qajmu mill-imwiet, u ta’ dan aħna
xhieda.
Kien bl-isem ta’ Ġesù, u permezz tal-fidi f’dan l-isem, li dan ir-raġel,
li intom tafuh u qegħdin tarawh, ħa saħħtu; hija l-fidi
fih li tatu
saħħtu għal kollox quddiemkom ilkoll.
Issa,
ħuti, jiena naf li kemm intom
u kemm il-kapijiet tagħkom, għamiltu
dan għaliex ma kontux tafu. Imma
b’hekk Alla temm dak li hu kien ħabbar
sa minn
qabel b’fomm il-profeti, jiġifieri, li l-Messija
tiegħu kellu jbati. Indmu, mela,
u erġgħu lura minn dnubietkom
biex jinħafrulkom. Hekk jiġu żminijiet ta’ mistrieħ mingħand
il-Mulej, u hu jibagħtilkom il-Messija li għażlilkom, li hu Ġesù,
li għalissa għandu
jibqa’ fis-sema sa ma jseħħ
it-tiġdid kollu li fl-imgħoddi
semma Alla b’fomm il-profeti qaddisa tiegħu. Mosè wkoll qal: “Il-Mulej Alla
tagħna jqajmilkom profeta bħali minn fost ħutkom;
lilu isimgħu f’kulma jgħidilkom. U jiġri li kull min ma jismax
minn dan il-profeta jinqered minn qalb il-poplu”.
U l-profeti kollha,
ibda minn
Samwel u dawk li ġew warajh, ilkoll tkellmu u ħabbru
dawn il-jiem.
Intom
ulied il-profeti u werrieta tal-Patt li Alla għamel ma’ missirijietkom
meta qal lil
Abraham: “F’nislek jitbierku
l-ġnus kollha tal-art”.
Kien għalikom l-ewwel li Alla qajjem
il-Qaddej tiegħu u bagħtu
jberikkom, billi kull wieħed minnkom jerġa’ lura minn ħżunitu”.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali
Salm 8, 2a u 5.6-7.8-9
R/. (2ab): Mulej, Sid tagħna, kemm hu kbir ismek
fl-art kollha!
jew:
Hallelujah, hallelujah, hallelujah
Mulej,
Sid tagħna,
kemm
hu kbir ismek
fl-art kollha!
X’inhu
l-bniedem biex tiftakar fih,
bin
il-bniedem, biex taħseb fih? R/.
Ftit
inqas mill-allat għamiltu,
bis-sebħ
u l-ġmiel żejjintu,
qegħedtu
fuq l-għemejjel kollha ta’ jdejk!
Kollox
taħt riġlejh qegħedtlu. R/.
In-nagħaġ u l-baqar kollha,
sa
l-bhejjem tax-xagħri;
l-għasafar tal-ajru u l-ħut tal-baħar,
dak
kollu li jterraq fil-baħar. R/.
Sekwenza (fakultativa)
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
Salm 117 (118), 24
Hallelujah. R/. Hallelujah
Dan hu l-jum li għamel il-Mulej;
ħa
nifirħu u nithennew fih!
R/. Hallelujah
320
Evanġelju
Hekk kien miktub, li l-Messija jbati u fit-tielet jum iqum mill-imwiet.
Lq 24, 35-48
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa
F’dak
iż-żmien, id-dixxipli
ta’ Għemmaws kienu qegħdin itarrfu x’kien
ġralhom fit-triq, u kif kienu għarfu
lil Ġesù fil-qsim tal-ħobż. Kif
kienu għadhom jitkellmu, Ġesù nnifsu waqaf f’nofshom
u qalilhom:
“Is-sliem għalikom!”. Huma twerwru bil-biża’ għax
ħasbu
li qegħdin jaraw xi fantażma. Iżda hu qalilhom: “Għaliex tħawwadtu?
Għaliex dan it-tħassib kollu f’qalbkom? Araw idejja u
riġlejja.
Jiena hu! Missuni, u ifhmuha li l-ispirtu ma għandux laħam u għadam
bħalma qegħdin taraw li għandi jien”. Huwa u jgħidilhom dan,
uriehom idejh u riġlejh.
Iżda
billi huma, fil-ferħ tagħhom, kienu għadhom ma jridux
jemmnu
u baqgħu mistagħġba,
qalilhom: “Għandkom xi
ħaġa tal-ikel hawn?”. Huma ressqulu quddiemu biċċa ħuta mixwija, u hu ħadha u kielha
quddiemhom. Imbagħad
qalilhom: “Meta kont għadni magħkom għedtilkom dawn il-kelmiet: Jeħtieġ li jseħħ
kulma nkiteb fuqi fil-Liġi ta’ Mosè, fil-Profeti u fis-Salmi”. Imbagħad fetħilhom moħħhom biex jifhmu
l-Iskrittura. U qalilhom: “Hekk kien miktub: li l-Messija jbati u fit-tielet
jum iqum mill-imwiet, u li l-indiema għall-maħfra tad-dnubiet tixxandar f’ismu lill-ġnus kollha, ibda minn Ġerusalemm.
Intom xhud ta’ dan”.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu