Il-Wieħed
u Tletin Ġimgħa taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Is-Sibt
Qari I
Sellmu lil xulxin b’bewsa
qaddisa.
Rum 16, 3-9.16.22-27
Qari
mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu
lir-Rumani
Għeżież,
selluli għal Priska u Akwila, li ħadmu miegħi fi Kristu Ġesù,
għax huma wkoll issugraw ħajjithom għalija biex isalvawni; u mhux jien biss għandi
għax nirringrazzjahom iżda wkoll il-knejjes kollha tal-Ġentili; inselli wkoll għall-knisja li tiltaqa’ f’darhom.
Sellu
għal Epenetu, il-maħbub tiegħi, l-ewwel frott għal
Kristu fl-Asja. Sellu għal Marija, li tħabtet ħafna għalikom. Sellu
għal Androniku u Ġunja, qraba tiegħi u priġunieri miegħi, magħrufa fost l-appostli, u li emmnu fi Kristu qabli. Sellu għal Amplijatu,
il-maħbub tiegħi
fil-Mulej. Sellu għal Urbanu li ħadem magħna fi Kristu, u Staki l-maħbub tiegħi.
Sellmu
lil xulxin b’bewsa qaddisa. Il-knejjes kollha ta’ Kristu jsellmulkom.
Insellmilkom
jiena Terzju, li ktibt din l-ittra, fil-Mulej. Isellmilkom Gaju
li laqa’ mhux biss lili, imma
l-knisja kollha. Isellmilkom Erastu, l-amministratur
tal-belt, u Kwartu ħuna.
Lil Alla li għandu l-qawwa li jwettaqkom
fl-Evanġelju
li nħabbar jien, jien u nxandar lil Ġesù Kristu,
skont
ir-rivelazzjoni tal-misteru
li kien moħbi fis-skiet tal-eternità;
lil
dan Alla li issa rrivelalna dan il-misteru,
u għarrfu lill-ġnus bil-Kitba tal-Profeti,
skont
l-ordni tiegħu, Alla ta’ dejjem,
biex
iwassalhom għall-ubbidjenza
tal-fidi;
lil
dan Alla, waħdu fl-għerf,
il-glorja
għal dejjem ta’ dejjem b’Ġesù Kristu. Ammen.
Il-Kelma
tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali
Salm 144 (145), 2-3.4-5.10-11
R/. (1b): Mulej, inbierek ismek għal dejjem ta’ dejjem
Kuljum
irrid inbierkek,
u nfaħħar ismek għal dejjem ta’ dejjem.
Kbir
il-Mulej, ta’ min ifaħħru
bil-bosta,
bla
tarf il-kobor tiegħu. R/.
Nisel
lil nisel isebbaħ għemilek,
u s-setgħa tiegħek ixandru.
Il-ġmiel u l-kobor tas-sebħ tiegħek iħabbru,
u fuq l-għeġubijiet tiegħek jitħaddtu. R/.
Kulma
għamilt iroddlok ħajr, Mulej;
iberkuk
il-ħbieb tiegħek kollha.
11Is-sebħ tas-saltna
tiegħek ixandru,
fuq
is-setgħa tiegħek
jitkellmu. R/.
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
2 Kor 8, 9
Hallelujah. R/. Hallelujah
Ġesù
Kristu għad li kien għani, ftaqar minħabba fikom,
sabiex
intom tistagħnu permezz tal-faqar tiegħu.
R/. Hallelujah
Evanġelju
Jekk mela ma wrejtux ruħkom fidili fil-qligħ il-ħażin,
min se jafdalkom il-ġid
veru?
Lq 16, 9-15
Qari
mill-Evanġelju skont
San Luqa
F’dak
iż-żmien, Ġesù
qal lid-dixxipli tiegħu: “Agħmlu għalikom infuskom ħbieb ta’ qligħ il-ħżunija, ħalli meta jonqoskom, jilqgħukom
fl-għerejjex ta’ dejjem. Min hu fidil f’ħaġa tassew żgħira, hu fidil ukoll
fil-ħafna; min hu diżonest
f’ħaġa tassew żgħira, hu diżonest ukoll fil-ħafna. Jekk mela ma
wrejtux ruħkom fidili fil-qligħ il-ħażin, min se jafdalkom
il-ġid veru? U jekk ma wrejtux ruħkom fidili f’dak li hu ta’ ħaddieħor, min se jagħtikom dak li hu tagħkom?
Ebda
qaddej ma jista’ jaqdi żewġ sidien, għax jew ikun jobgħod lil
wieħed minnhom u jħobb lill-ieħor, jew jintrabat ma’ wieħed u jistmell lill-ieħor. Ma tistgħux
taqdu lil Alla u lill-flus”.
Il-Fariżej, li kellhom ir-regħba għall-flus, meta semgħuh jgħid dan
kollu qabdu jiddieħku bih. Iżda hu qalilhom:
“Intom dawk li tagħmluha
ta’ nies sewwa f’għajnejn il-bnedmin. Imma Alla qalbkom jafha.
Għax dak li f’għajnejn il-bnedmin hu kbir, quddiem
Alla hu mistkerrah”.
Il-Kelma
tal-Mulej
R/. Tifħir lilek
Kristu