Il-Ħames Ġimgħa tal-Għid
L-Erbgħa
Qari I
Qatgħuha li jitilgħu
Ġerusalemm ikellmu lill-appostli u l-presbiteri
fuq din il-kwistjoni.
Atti 15, 1-6
Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli
F’dak
iż-żmien, niżlu
f’Antjokja xi wħud
mil-Lhudija u bdew jgħallmu
lill-aħwa: “Jekk ma toqogħdux għaċ-ċirkonċiżjoni
skont
id-drawwa li ġejja minn
Mosè, ma tistgħux issalvaw”.
Pawlu
u Barnaba qamu kontra tagħhom u ħaduha magħhom bis-sħiħ;
għalhekk qatgħuha
li Pawlu u Barnaba u xi wħud
oħra minnhom
jitilgħu Ġerusalemm
ikellmu lill-appostli u l-presbiteri fuq din il-kwistjoni.
Il-ġemgħa tal-Knisja
marret tqabbadhom it-triq, u
huma
għaddew mill-Feniċja
u s-Samarija, jitkellmu fuq il-konverżjoni tal-pagani
u jnisslu ferħ kbir fost l-aħwa
kollha.
Meta waslu Ġerusalemm, il-ġemgħa
tal-Knisja, l-appostli u l-presbiteri
laqgħuhom tajjeb u huma għarrfuhom b’dak kollu li Alla kien għamel magħhom. Iżda xi wħud min-naħa tal-Fariżej li kienu emmnu qamu jgħidu: “Jeħtieġ li l-pagani joqogħdu għaċ-ċirkonċiżjoni
u jkunu obbligati jħarsu l-Liġi ta’ Mosè”.
Għalhekk
l-appostli u l-presbiteri ltaqgħu flimkien biex jaraw din il-kwistjoni.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali
Salm 121 (122), 1-2.3-4a.4b-5
R/. (ara
1): Sejrin ferħana f’dar il-Mulej
jew:
Hallelujah, hallelujah, hallelujah
Fraħt
meta qaluli:
“Sejrin f’dar il-Mulej!”
Diġà
qegħdin riġlejna
fi
bwiebek, Ġerusalemm!
R/.
Ġerusalemm,
mibnija bħal belt,
magħquda
ħaġa waħda.
Lejha
t-tribujiet jitilgħu,
it-tribujiet tal-Mulej. R/.
Hemm,
skont il-liġi ta’ Iżrael,
ifaħħru
isem il-Mulej.
Għax
hemm twaqqfu t-tronijiet tal-ħaqq,
it-tronijiet tad-dar ta’ David. R/.
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
Ġw 15, 4a.5b
Hallelujah. R/. Hallelujah
Ibqgħu
fija, u jiena nibqa’ fikom, jgħid
il-Mulej;
min
jibqa’ fija jagħmel ħafna frott.
R/. Hallelujah
Evanġelju
Min jibqa’ fija u jiena fih, dan
jagħmel ħafna frott.
Ġw 15, 1-8
Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann
F’dak
iż-żmien, Ġesù
qal lid-dixxipli tiegħu: “Jiena
d-dielja vera u Missieri
l-bidwi. Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott jaqtagħha; u kull
waħda li tagħmel il-frott jiżborha u jnaddafha, biex tagħmel frott aktar.
Intom ġa ndaf minħabba l-kelma li għedtilkom. Ibqgħu
fija, u jiena nibqa’ fikom. Kif
il-fergħa ma tistax tagħmel frott minnha
nfisha jekk ma tibqax fid-dielja, hekk anqas intom
jekk ma tibqgħux
fija. Jiena d-dielja, intom il-friegħi.
Min jibqa’ fija u jiena fih, dan jagħmel ħafna frott; għax mingħajri ma tistgħu tagħmlu xejn.
Jekk wieħed ma jibqax fija, jintrema
barra bħal fergħa, u jinxef; imbagħad,
friegħi bħal dawn
jiġbruhom u jixħtuhom
fin-nar u jinħarqu. Jekk
tibqgħu fija u kliemi jibqa’ fikom,
itolbu kulma tridu, u
jingħatalkom.
Din hi l-glorja ta’ Missieri,
li intom tagħmlu ħafna
frott
u tkunu dixxipli tiegħi”.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu