It-Tnejn u Għoxrin Ġimgħa taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Is-Sibt
Qari I
Issa sirtu ħbieb ta’ Alla permezz tal-mewt
ta’ Ibnu, biex iressaqkom quddiemu qaddisa u safja.
Kol 1, 21-23
Qari
mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu
lill-Kolossin
Ħuti, intom ukoll kontu ’l bogħod minn Alla u għedewwa tiegħu minħabba l-ħażen ta’ ħsibijietkom
u għemilkom; imma issa sirtu ħbieb
tiegħu permezz tal-mewt ta’ Ibnu mogħti għall-mewt skont il-ġisem, biex dan iressaqkom
quddiemu qaddisa, safja u bla għajb,
kemm-il darba intom iżżommu sħaħ fil-fidi; sodi bla ma titħarrku
mit-tama tal-Evanġelju
li intom smajtu, u li tħabbar lill-ħlejjaq kollha taħt is-smewwiet, u li tiegħu jien, Pawlu, sirt
ministru.
Il-Kelma
tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali
Salm 53 (54), 3-4.6 u 8
R/. (6a): Alla hu l-għajnuna tiegħi
B’ismek,
o Alla, salvani;
agħmilli
ħaqq bil-qawwa tiegħek.
Isma’,
o Alla, it-talba tiegħi;
agħti
widen għal kliem fommi. R/.
Ara, Alla l-għajnuna tiegħi;
il-Mulej
hu dak li jżommni.
Minn
qalbi noffrilek is-sagrifiċċju;
irrodd
ħajr lil ismek, għax hu tajjeb. R/.
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
Ġw 14, 6
Hallelujah. R/. Hallelujah
Jiena
hu t-Triq, il-Verità u l-Ħajja, jgħid il-Mulej.
Ħadd
ma jmur għand il-Missier jekk mhux permezz tiegħi.
R/. Hallelujah
Evanġelju
Dan kif qegħdin
tagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta’ Sibt?
Lq 6, 1-5
Qari
mill-Evanġelju skont
San Luqa
Ġara
li darba s-Sibt Ġesù kien għaddej minn
għalqa miżrugħa,
u d-dixxipli tiegħu bdew jaqtgħu s-sbul, ifarrkuh b’idejhom u jikluh. Xi wħud mill-Fariżej qalulhom: “Dan kif qegħdin tagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta’ Sibt?”.
Qabeż Ġesù u weġibhom: “Anqas dan ma qrajtu, x’għamel David meta ħadu l-ġuħ, huwa u dawk li kienu miegħu? Ma qrajtux kif daħal
fid-dar ta’ Alla u ħa l-ħobż tal-preżenza ta’ quddiem il-Mulej, u kiel minnu hu u ta lil
dawk li kienu miegħu, u madankollu ħadd ma kien jista’ jiekol minnu
ħlief il-qassisin biss?”. U qalilhom:
“Bin il-bniedem huwa sid is-Sibt
ukoll”.
Il-Kelma
tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu