It-Tmintax-il Ġimgħa taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
It-Tlieta
Qari I
Mosè hu l-bniedem li fdajtlu dari. Kif, mela,
ma bżajtux titkellmu kontra tiegħu?
Num 12, 1-13
Qari mill-Ktieb tan-Numri
F’dak iż-żmien, Mirjam u Aron
gergru kontra Mosè minħabba l-mara minn
Kus, għax kien ħa b’martu
waħda minn Kus. U huma qalu:
“Jaqaw il-Mulej lil Mosè biss
kellem? Ma kellimx lilna wkoll?”.
U l-Mulej semagħhom. Mosè kien bniedem
umli, l-aktar umli fost ilbnedmin
li hawn fuq wiċċ l-art.
U l-Mulej minnufih qal lil Mosè,
lil Aron u lil Mirjam: “Oħorġu t-tlieta li intom lejn it-tinda tal-laqgħa”.
U ħarġu t-tlieta
li kienu. U niżel il-Mulej fil-kolonna tas-sħab, u qagħad fil-bieb tat-tinda u sejjaħ lil Aron u lil Mirjam, u resqu
t-tnejn, u qalilhom:
“Isimgħu kliemi:
Jekk xi ħadd minnkom ikun profeta,
jiena l-Mulej nidhirlu f’viżjoni,
u nkellmu fil-ħolm.
Mhux hekk ma’ Mosè il-qaddej
tiegħi,
il-bniedem li fdajtlu dari.
Jien inkellmu wiċċ imb wiċċ;
inkellmu mhux bix-xbihat imma bid-dieher;
u jara s-sura tal-Mulej.
Kif, mela, ma bżajtux titkellmu kontra Mosè, il-qaddej tiegħi?”
U l-Mulej xegħel
bil-qilla għalihom, u telaq. Kienet għadha
anqas biss telgħet is-sħaba minn fuq
it-tinda, meta Mirjam inksiet bil-ġdiem, bajda bħas-silġ. Aron ħares lejn Mirjam, u raha kollha ġdiem.
U Aron qal lil Mosè: “Nitolbok, ja sidi, la tħalliniex
nitgħabbew bil-piż
tad-dnub, li aħna tbellahna biex għamilna. Tħallihiex qisha xi ħaġa mwielda mejta minn ġuf ommha, b’ġisimha nofsu mittiekel”.
U Mosè għajjat quddiem il-Mulej u qal: “O Alla nitolbok,
fejjaqha!”.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali
Salm 50 (51), 3-4.5-6a.6bċ-7.12-13
R/. (ara 3a): Mulej, ħassar ħtijietna għaliex dnibna
Ikollok ħniena minni, o Alla, fi tjubitek;
fil-kobor tal-ħniena tiegħek ħassar ħtijieti.
Aħsilni kollni mill-ħtija tiegħi;
naddafni mid-dnub tiegħi. R/.
Għax jien nagħrafhom ħtijieti;
id-dnub tiegħi dejjem quddiemi.
Kontrik biss jiena dnibt,
u dak li hu ħażin
f’għajnejk għamilt.
R/.
Hekk jingħaraf is-sewwa tal-kelma tiegħek,
u bla tebgħa jidher il-ħaqq tiegħek.
Ara, jiena ssawwart fil-ħtija,
u fid-dnub nisslitni ommi. R/.
Oħloq fija qalb safja,
o Alla,
u spirtu qawwi ġedded
fija.
La twarrabnix minn quddiemek;
tneħħix minni l-ispirtu qaddis tiegħek. R/.
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
Ġw 1, 49b
Hallelujah. R/. Hallelujah
Rabbi, int l-Iben
ta’ Alla,
inti s-sultan
ta’ Iżrael!
R/. Hallelujah
Jew meta taħbat
is-sena A
ara Atti 16,
14b
Hallelujah. R/. Hallelujah
Iftħilna qalbna Mulej,
biex nifhmu dak li jgħidilna
Ibnek.
R/. Hallelujah
Evanġelju
Ordnali niġi ħdejk fuq l-ilma.
Mt 14, 22-36
Qari mill-Evanġelju skont San Mattew
Wara li l-folla kielet, Ġesù
minnufih ġiegħel
lid-dixxipli jitilgħu fuq id-dgħajsa u jmorru qablu x-xatt l-ieħor, sakemm jibgħat lin-nies. Wara li bagħat lin-nies, tela’ waħdu fuq l-għoljiet biex jitlob. Xħin
sar filgħaxija
kien għadu hemm fuq, waħdu.
Id-dgħajsa kienet
diġà f’nofs il-baħar titħabat mal-mewġ, għax kellhom ir-riħ kontra tagħhom. Fir-raba’ sahra tal-lejl
mar lejn in-naħa tagħhom miexi fuq il-baħar. Huma rawh miexi fuq
il-baħar u twerwru.
“Dan xi fantażma!” qalu;
u qabdu jgħajtu bil-biża’. Iżda hu minnufih kellimhom
u qalilhom: “Agħmlu l-qalb, jiena hu,
tibżgħu xejn!”.
Wieġeb Pietru u qallu: “Mulej, jekk huwa
int, ordnali niġi ħdejk fuq l-ilma”. “Ejja!”, qallu Ġesù.
Pietru niżel mid-dgħajsa, u qabad jimxi fuq l-ilma
u jersaq lejn Ġesù. Iżda meta ra li r-riħ kien qawwi, baża’,
ħabat jegħreq, u beda jgħajjat u jgħid: “Salvani, Mulej!”. Malajr
Ġesù medd idu, qabdu, u qallu:
“Bniedem ta’ fidi żgħira, għaliex iddubitajt?”.
Meta mbagħad it-tnejn
telgħu fid-dgħajsa,
ir-riħ waqaf. Dawk li kienu fid-dgħajsa nxteħtu jqimuh u qalulu: “Tassew, int Bin Alla!”.
Qasmu għan-naħa l-oħra u
marru fl-art ta’ Ġennesaret. In-nies ta’ hemm għarfuh, u xerrdu l-aħbar ma’ dawk l-inħawi kollha. Bdew iressqulu
quddiemu l-morda kollha u jitolbuh iħallihom imissulu mqar tarf il-libsa;
u dawk kollha li messewh fiequ.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu
Jew meta taħbat
is-sena A
Evanġelju
Kull siġra li ma ħawwilhiex
Missieri li hu fis-smewwiet tinqala’.
Mt 15, 1-2.10-14
Qari mill-Evanġelju skont San Mattew
F’dak iż-żmien, xi Fariżej
u kittieba minn
Ġerusalemm resqu fuq Ġesù u qalulu: “Dan l-għala d-dixxipli tiegħek jiksru t-tradizzjonijiet ta’ missirijietna? Għax huma ma jaħslux idejhom qabel ma jieklu!”.
Imbagħad sejjaħ lill-folla lejh u qalilhom: “Isimgħuni u ifhmuni! Mhux dak li jidħol
mill-fomm itebba’ lill-bniedem, imma dak li joħroġ mill-fomm, dan hu
li jtebba’ lill-bniedem!”.
Resqu lejh imbagħad id-dixxipli u qalulu: “Taf li l-Fariżej skandalizzaw ruħhom meta semgħu din il-kelma?”. Iżda hu
weġibhom: “Kull siġra
li ma ħawwilhiex Missieri
li hu fis-smewwiet tinqala’ mill-għeruq. Ħalluhom: dawk għomja mexxejja tal-għomja; jekk agħma jmexxi lil agħma ieħor, it-tnejn jaqgħu ġol-ħofra!”.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu