2 ta’ Ottubru
L-Anġli
Kustodji Mqaddsa –
Tifkira Obbligatorja
Qari I
Eżodu 23: 20-23a
Qari mill-Ktieb tal-Eżodu
Dan jgħid il-Mulej: “Arani, sa
nibgħat anġlu quddiemek biex iħarsek fit-triq u jwasslek
fil-post li jien ħejjejt. Qis li tagħtih wiċċ u tisma’
kliemu, la tmerihx, għax ma jaħfrilkomx dnubietkom, għax hu
jkellimkom f’ismi, Jekk tisma’ sewwa minn kliemu u tagħmel kulma
ngħidlek, jien inkun il-għadu tal-għedewwa tiegħek u
neħodha ma’ min jeħodha miegħek. L-anġlu tiegħi jimxi
quddiemek u jwassalek għand l-Amurrin u l-Ħittin u
l-Feriżżin u l-Kangħanin u l-Ħiwwin u l-Ġebusin, u
jien neqridhom.”
Il-Kelma tal-Mulej.
R/. Irroddu ħajr lil Alla.
Salm Responsorjali
Salm 90
R/. L-anġli tiegħu
jibgħatlek, biex iħarsuk!
Min
jgħix għall-kenn tal-Għoli
min
jgħammar għad-dell ta’ Dak li jista’ kollox,
hu
jgħid lill-Mulej;
“Kenn
tiegħi u qawwa tiegħi int,
Alla
tiegħi, li fih nittama.” R/.
Għax
hu jeħilsek mix-xibka tan-nassab,
u
mill-mard tal-mewt.
Bir-rix
tiegħu jgħattik,
u
taħt ġwenħajh tistkenn. R/.
Ma
tibżax mill-biża’ tal-lejl,
anqas
minn vleġġa li tittajjar binhar,
minn
pesta li tixtered fid-dlam,
jew
minn marda li ġġib ħerba f’nofsinhar. R/.
Ebda
deni ma jiġrilek,
ebda
ħarsa ma tersaq lejn darek.
Għax
l-anġli tiegħu jibgħatlek,
biex
iħarsuk fi triqatek kollha. R/.
Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju
Salm 102: 21
R/. Hallelujah.
Bierku
l-Mulej, eżerċti tiegħu kollha, qaddejja tiegħu,
li
tagħmlu r-rieda tiegħu.
R/. Hallelujah.
Evanġelju
Mt 18: 1-5.10
Qari mill-Evanġelju
skont San Mattew
F’dak iż-żmien: Resqu
d-dixxpli lejn Ġesù u staqsewh: “Min hu l-akbar fis-Saltna tas-Smewwiet?”
Hu sejjaħ lejh tfajjel ċkejken, qiegħdu f’nofshom, u qalilhom:
“Tassew, ngħidilkom, li jekk intom ma terġgħux issiru
bħat-tfal iż-żgħar, żgur li ma tidħlux fis-Saltna
tas-Smewwiet.
U għalhekk l-akbar
wieħed fis-Saltna tas-Smewwiet huwa dak li jċekken lilu nnifsu
bħal dan it-tfajjel żgħir.
U kull min jilqa’ tfajjel
bħal dan minħabba f’ismi, jkun jilqa’ lili. Araw li ma tonqsux
mill-istima lejn xi wieħed minn dawn iż-żgħar: għax,
ngħidilkom, l-anġli tagħhom fis-smewwiet dejjem jaraw
wiċċ Missieri li hu fis-smewwiet.”
Il-Kelma tal-Mulej.
R/. Tifħir lilek Kristu.