LAIKOS.org

Segretarjat għal-Lajċi, Malta.

 

2

"NIXTIEQ KNISJA FQIRA U GĦALL-FQAR"

Għaliex il-Papa għażel l-isem Franġisku.

“Uħud ma jafux għaliex l-Isqof ta’ Ruma xtaq li jkun imsejjaħ Franġisku.   Uħud ħasbu fi Franġisku Saverju, jew Franġisku de Sales, jew ukoll fi Franġisku ta’ Assisi.  Ħa nirrakuntalkom storja. 

"Fl-elezzjoni jiena kelli maġenbi lill-Arċisqof Emeritu ta’ San Paolo, kif ukoll Prefett Emeritu tal-Kongregazzjoni tal-Kleru, il-Kardinal Claudio Hummes.  Ħabib kbir, ħabib kbir.  Meta l-affari bdiet issir xi ftit perikoloża, huwa farraġni.  U meta l-voti telgħu għal żewġ terzi, kien hemm l-applaws tas-soltu għax kien elett il-Papa. Huwa għannaqni, biesni, u qalli, “Tinsiex, il-fqar.” 

"U dik il-kelma daħlet hawn (f’moħħi); il-fqar, il-fqar.  Imbagħad, mill-ewwel, f’relazzjoni mal-fqar ħsibt fi Franġisku ta’ Assisi.  Imbagħad ħsibt fil-gwerrer, waqt li għadd tal-voti kompla għaddej, sakemm ingħaddew il-voti kollha. 

"U Franġisku huwa il-bniedem tal-paċi.  U dan hu kif dan l-isem daħal f’qalbi,  Franġisku ta’ Assisi.  Hu għalija, il-bniedem tal-faqar, il-bniedem tal-paċi, il-bniedem li jħobb u jħares il-ħolqien.  F’dan il-mument, anke aħna għandna relazzjoni mal-ħolqien li ma tantx hija tajba, mhux hekk?  U l-bniedem li jagħti dan l-ispirtu ta’ paċi – il-bniedem fqir. 

"Kemm nixtieq ikollna Knisja fqira u għall-fqar!"

 

Waqt laqgħa mal-media, 16 ta’ Marzu 2013.

Sit Uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta                                                                                                                                                         http://www.laikos.org      

 Link