|
IL-FURJANA - 18.04.2010 - 12.00 |
|
Traduzzjoni mit-test oriġinali Ingliż
|
|
Meta intom tirringrazzjaw, meta jkollkom
intenzjonijiet partikolari tat-talb, u meta
titolbu l-protezzjoni tas-sema għall-maħbubin
tagħkom, hija d-drawwa tagħkom li ddur lejn l-Imqadda
Verġni Marija, Omm il-Knisja u Omm tagħna. Jien
naf bid-devozzjoni partikolari tal-poplu Malti
lejn Omm Alla, espressa b’fervur kbir lill-Madonna
ta’ Pinu, u għalhekk għandi pjaċir nieħu l-okkażjoni
biex nitlob quddiem ix-xbieha tagħha miġjuba
hawn apposta minn Għawdex għal din l-okkażjoni.
Jien nieħu wkoll pjaċir nippreżenta Warda tad-Deheb
lilha, bħala sinjal tal-imħabba finjali li
naqsmu lejn Omm Alla.
|
|
Nitlobkom b’mod partikolari li titolbuha taħt
it-titlu miżjud mal-Litanija ta’ Loreto mill-maħbub
predeċessur tiegħu, il-Papa Ġwanni Pawlu II, li
f’aktar minn okkażjoni waħda żar dawn ix-xtut.
Waqt li noffrilkom din it-tifkira tanġibbli
taż-żjara tiegħi, jien nirringrazzjakom ilkoll
għal dak kollu li rċevejt lura minn għandkom, u
l-aktar għall-ħeġġa tad-devozzjoni tagħkom u l-appoġġ
tat-talb tagħkom għall-ministeru tiegħi bħala
Suċċessur ta’ Pietru.
|
|
Issa nduru fit-talb lil Marija, Omm il-Knisja u
Sultana tas-Sema, waqt li nifirħu fil-Qamien ta’
Dak li ġarret f’ġufha. |
|
Jien ferħan li nsellem lill-pellegrini
tal-ilsien Taljan preżenti hawn illum f’din l-okkażjoni
feliċi, u l-aktar lil dawk li ġew minn Lampedusa
e Linosa! Grazzi li ġejtu biex taqsmu dan ma’
ħutna Maltin. Jalla l-Appostlu Pawlu, li qed
infakkru l-anniversarju tal-preżenza tiegħu
f’dawn il-gżejjer, ikun għalikom eżempju ta’
fidi soda u kuraġġuża quddiem l-avversità.
|
|
Fuqkom ilkoll u fuq il-familjari tagħkom li
qegħdin id-dar, bil-qalb kollha nitlob il-Barka
tal-Mulej għaż-żmien feliċi u qaddis tal-Għid.
|
|
|