|
ĦAL LUQA - 17.04.2010 - 17.00
|
|
Ajruport Internazzjonali ta’ Malta
|
|
Għeżież Ħuti fl-Episkopat,
|
|
Hu pjaċir kbir għalija li nkun hawn
Malta magħkom illum. Jien ġejt
fostkom bħala pellegrin biex inqim
lill-Mulej u nfaħħru
għall-għeġubijiet li għamel hawnhekk.
Ġejt ukoll bħala s-Suċċesur ta’ San
Pietru biex nikkonfermakom fil-fidi
(ara Lq 22:32) u biex
ningħaqad magħkom fit-talb lil Alla
waħdani ħaj u veru, fil-kumpanija
tal-Qaddisin kollha, inkluż l-Appostlu
kbir ta’ Malta, San Pawl. Għalkemm
iż-żjara tiegħi f’pajjiżkom hi
qasira, nitlob li tħalli ħafna frott.
|
|
Jien grat, Sur President,
għall-kliem ġentili li bih tajtni
merħba f’ismek u f’isem il-poplu
Malti. Nirringrazzjak tal-istedina
tiegħek u għall-ħidma iebsa li int u
l-Gvern għamiltu biex tħejju
għaż-żjara tiegħi. Nirringrazzja
lill-Prim Ministru,
lill-awtoritajiet ċivili u militari,
lill-membri tal-Korp Diplomatiku u
lil kull min hu preżenti, li qed
tonoraw din l-okkażjoni bil-preżenza
tagħkom u għall-merħba kordjali
tagħkom. |
|
B’manjiera speċjali kien nagħti
merħba lill-Arċisqof Pawlu Cremona,
lill-Isqof Mario Grech u lill-Isqof
Awżiljarju Annetto Depasquale, u
wkoll lill-Isqfijiet l-oħra preżenti.
Meta qed nagħtikom merħba, jien
nixtieq nesprimi l-għożża tiegħu
għas-saċerdoti, djakni, reliġjużi
rġiel u nisa, u għall-fidili lajċi
kollha fdati fil-kura pastorali
tagħkom. |
|
L-okkażjoni taż-żjara tiegħu f’dawn
il-gżejjer hija l-elf disa’ mija u
ħamsin anniversarju tan-nawfraġju ta’
San Pawl fuq xtut Malta. San Luqa
jiddeskrivi din il-ġrajja fl-Atti
tal-Appostli, u hu minn dan
ir-rakkont li intom għażiltu t-tema
ta’ din iż-żjara: “Jeħtieg iżda li
naslu fi gżira” (Atti 27:26).
Uħud jistgħu jqisu l-miġja ta’ San
Pawl f’Malta permezz ta’ ġrajja mhux
mistennija bħala sempliċi inċident
fl-istorja. Iżda l-għajnejn tal-fidi
|
|
jippermettulna nagħrfu f’dan
il-ħidma tal-Provvidenza divina.
|
|
Malta, fil-fatt, kienet f’salib it-toroq
ta’ ħafna mill-ġrajjiet u skambji
kulturali kbar fl-istorja
tal-Ewropea u tal-Mediterran sa l-istess
żminijietna. Dawn il-gżejjer kellhom
funzjoni importanti fl-iżvilupp
politiku, reliġjuż u kulturali
tal-Ewropa, tal-Lvant Nofsani u
tal-Afrika ta’ Fuq. F’dawn
il-gżejjer, mela, fid-disinji
misterjużi ta’ Alla, l-evanġelju
twassal minn San Pawl u mis-segwaċi
bikrin ta’ Kristu. Il-ħidma
missjunarja tagħhom tat frott kbir
tul is-sekli u kkontribwixxiet
b’għadd bla qies ta’ modi
għat-tiswir tal-kultura għanja u
nobbli ta’ Malta. |
|
Bis-saħħa tal-qagħda ġeografika
tagħhom, dawn il-gżejjer kienu ta’
importanza strateġika kbira f’aktar
minn okkażjoni waħda, saħansitra fi
żminijiet reċenti: fis-sewwa, il-George
Cross fuq il-bandiera nazzjonali
tagħkom jixhed bi kburija
għall-kuraġġ kbir tal-poplu tagħkom
waqt il-ġranet mudlama tal-aħħar
gwerra dinjija. Daqstant ieħor,
il-fortifikazzjonijiet li
jikkaratterizzaw b’mod daqshekk
prominenti l-arkitettura tal-gżira
jitkellmu dwar ġlidiet imgħoddija
meta Malta kkontribwixxiet tant kemm
bl-art u kemm bil-baħar għad-difiża
tal-Kristjaneżmu. Intom għadkom
taqdu funzjoni siewja fid-dibattiti
dejjem għaddejjin fuq l-identità,
il-kultura u l-politika Ewropea. Fl-istess
waqt, jien nieħu pjaċir ninnota l-impenn
tal-Gvern tagħkom favur proġetti
umanitarji fuq medda wiesgħa, l-aktar
fl-Afrika. Hu ttamat ħafna li dan
iservi biex jippromwovi l-benessri
ta’ dawk l-anqas iffortunati minnkom,
bħala espressjoni ta’ karità
Kristjana ġenwina. |
|
Fis-sewwa, Malta għandha ħafna
x’tikkontribwixxi għal mistoqsijiet
tant diversi fuq tolleranza,
reċiproċità, immigrazzjoni, u
kwistjonijiet oħrajn li huma
kruċjali għall-futur ta’ dan
il-kontinent. In-nazzjon tagħkom
għandha tibqa’ tappoġġja l-indissolubilità
taż-żwieġ bħala istituzzjoni kemm
naturali u kemm sagramentali, u n-natura
vera tal-familja, bl-istess mod li
tappoġġja l-qdusija tal-ħajja umana
mill-konċepiment sal-mewt naturali,
u r-rispett xieraq dovut
lill-libertà reliġjuża b’modi li
jwasslu lil individwi u lis-soċjetà
għal żvilupp integrali awtentiku.
|
|
Malta għandha wkoll rabtiet mill-qrib
mal-Lvant Nofsani, mhux biss
f’termini kulturali u reliġjużi iżda
saħansitra lingwistiċi. Ippermettuli
nħeġġiġkom biex din it-tagħqida ta’
ħiliet u qawwiet tużawha dejjem
aktar biex isservi ta’ pont bejn
il-popli, kulturi u reliġjonijiet li
jdawru l-Mediterran. Għad hemm ħafna
xi jsir biex jinbnew relazzjonijiet
ta’ fiduċja ġenwina u djalogu li
jagħti frott, u Malta qiegħda
f’pożizzjoni tajba li testendi l-id
tal-ħbiberija lill-ġirien tagħha
tat-tramuntana u n-nofsinhar,
tal-lvant u tal-punent.
|
|
Il-nies ta’ Malta, imdawlin għal
kważi żewġ millennji mit-tagħlim
tal-Evanġelju u msaħħin il-ħin kollu
mill-għeruq insara tagħhom, huma
ġustament kburin bil-funzjoni
indispensabbli li l-fidi Nisranija
kellha fl-iżvilupp tan-nazzjon
tagħhom. Is-sbuħija tal-fidi tagħna
hija espressa b’modi diversi u
komplimentari ħawnhekk, u mhux l-anqas
fil-ħajjiet ta’ qdusija li wasslu
lil Maltin biex jagħtu lilhom
infushom għall-ġid tal-oħrajn. Fost
dawn irridu ninkludu lil Dun Ġorġ
Preca li jien kelli l-pjaċir
nikkanonizza kważi tliet snin ilu (3
ta’ Ġunju, 2007). Nistedinkom ilkoll
biex issejħu l-interċessjoni tiegħu
biex din l-ewwel żjara pastorali
tiegħi fostkom tħalli frott
spiritwali. |
|
Jien nistenna b’ħerqa li nitlob
magħkom kemm indum Malta u nixtieq
niżgurakom, bħala missier u bħala
ħukom, mill-imħabba tiegħi lejkom u
mill-ħerqa tiegħi li maqsam magħkom
dan iż-żmien f’ambjent ta’ fidi u
ħbiberija. B’dawn il-ħsibijiet jiena
nafdakom ilkoll fil-ħarsien tal-Madonna
ta’ Pinu u ta’ missierkom fil-fidi,
l-Appostlu l-kbir San Pawl.
|
|
Il-Mulej ibierek lill-poplu kollu ta’
Malta u ta’ Għawdex! |
|
|