Animazzjoni – Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu ~ Quddiesa tas-Sebħ (Sena A)

Dħul: 

Illum il-Knisja tiċċelebra s-solennità tat-Twelid ta’ Ġesù. Ejjew f’din il-liturġija illum nagħrfu l-imħabba kbira ta’ Alla lejna meta sar bniedem biex isalvana. Nagħtu bidu għal dan is-sagriffiċju tal-quddiesa billi nqumu bilwieqfa u nkantaw flimkien.

 

Qari:

Fl-ewwel qari Isaija iħabbar il-wasla tas-salvatur, fit-tieni qari San Pawl jgħidilna li Ġesù salvana minħabba fil-ħniena tiegħu, fl-evanġelu illum nisimgħu r-rakkont tal-adorazzjoni tal-Bambin Ġesù mir-rgħajja. Nisimgħu b’attenzjoni l-Kelma t’Alla.

 

Salm Responsorjali: Illum jiddi fuqna d-dawl, għax twildilna l-Mulej.

 

Offertorju:

Inressqu l-offerti tal-ħobz u l-inbid, magħhom inressqu lilna nfusna lil Alla bħala offerta ta’ mħabba lejh, filwaqt li inkantaw flimkien.

 

Tqarbin:

Issa se nirċievu lil Ġesù ġo fina, ejjew illum lil Ġesù nadurawh mhux fil-maxtura iżda f’qalbna. Nersqu għat-tqarbin, filwaqt li nkantaw flimkien.