Animazzjoni – Solennità ta’ Marija Omm Alla (Sena A)

Dħul: 

Illum il-Knisja tiċċelebra s-solennità ta’ Marija Omm Alla, (fil-bidu ta’ sena ġdida). Ejjew f’din il-liturġija illum nagħrfu l-kobor ta’ Marija li kienet kapaċi twieġeb għas-sejħa li Alla għamila biex tkun Omm Alla, b’sempliċità u umiltà. Nagħtu bidu għal dan is-sagriffiċju tal-quddiesa billi nqumu bilwieqfa u nkantaw flimkien.

 

Qari:

Fl-ewwel qari Alla jbierek il-poplu tiegħu u jurih li se ikun għalih għajn ta’ kull ġid, fit-tieni qari San Pawl jgħidilna kif Alla bagħat lil Ibnu, imwieled minn mara, fl-evanġelu illum nisimgħu kif ir-ragħajja sabu lil Marija, Ġużeppi u Ġesù kif kienu qallulhom l-anġli. Nisimgħu b’attenzjoni l-Kelma t’Alla.

 

Salm Responsorjali: Iħenn għalina Alla, u jberikna.

 

Offertorju:

Inressqu l-offerti tal-ħobz u l-inbid, li min hawn u ftit ieħor se jinbidlu għalina fis-sagriffiċju tal-ħelsien, filwaqt li inkantaw flimkien.

 

Tqarbin:

Bħar-ragħajja nersqu lejn l-artal fejn se insibu lil Ġesù jistennina sabiex jiġi jgħamar fina, filwaqt li nkantaw flimkien.