Stama t-test tal-litanija >

 

 

LITANIJA TAL-ISPIRTU S-SANTU

 

Mulej ħniena  -- Mulej ħniena

Kristu ħniena  --  Kristu ħniena

Mulej ħniena  -- Mulej ħniena

 

Missier li tista’ kollox – Ħenn għalina

Ġesù, Iben Etern tal-Missier  -- Ħenn għalina

 

Feddej tad-dinja – Salvana

Spirtu tal-Missier u ta’ l-Iben – Salvana

Ħajja bla qies, tagħhom it-tnejn  --  Qaddisna

Trinità Qaddisa  --  Ismagħna

Spirtu Santu li ġej mill-Missier  --  Inżel f’qalbna

Spirtu Santu, li Int daqs il-Missier u l-Iben  -- Inżel f’qalbna

 

Wegħda t’Alla l-Missier – Ħenn għalina

Raġġ ta’ dawl mis-sema  -- Ħenn għalina

Għerq ta’ kull tjubija  -- Ħenn għalina

Għajn ta’ l-ilma tas-sema  --  Ħenn għalina

Nar imħeġġeġ  -- Ħenn għalina

Karità mimlija ħrara  -- Ħenn għalina

Balzmu ta’  faraġ spiritwali  -- Ħenn għalina

Spirtu ta’mħabba u verità  -- Ħenn għalina

Spirtu ta’ għerf u fehma  --  Ħenn għalina

Spirtu ta’ kunsill u qawwa  --  Ħenn għalina

Spirtu ta’ għaqal u devozzjoni  -- Ħenn għalina

Spirtu tal-biża’ qaddis t’Alla  -- Ħenn għalina

Spirtu ta’ grazzja u talb  --  Ħenn għalina

Spirtu ta’ paċi u ħlewwa  --  Ħenn għalina

Spirtu ta’ modestja u innoċenza  -- Ħenn għalina

Spirtu s-Santu li jagħti l-faraġ  --  Ħenn għalina

Spirtu s-Santu li jqaddes  --  Ħenn għalina

Spirtu s-Santu li jmexxi l-Knisja  -- Ħenn għalina

Don t’Alla l-Għoli  --  Ħenn għalina

Spirtu li jimla’ l-ħolqien kollu  -- Ħenn għalina

Spirtu li jagħmilna wlied Alla  -- Ħenn għalina

Spirtu s-Santu li jikxfilna l-kruha tad-dnub  -- Ħenn għalina

Spirtu s-Santu, ejja u ġedded wiċċ id-dinja  -- Ħenn għalina

Spirtu s-Santu, sawwab id-dawl tiegħek f’ruħna  -- Ħenn għalina

Spirtu s-Santu, onqox il-liġi tiegħek fuqna  -- Ħenn għalina

Spirtu s-Santu, onqox il-liġi tiegħek fuq qalbna  -- Ħenn għalina

Spirtu s-Santu, kebbes fina n-nar ta’ mħabbtek  --  Ħenn għalina

Spirtu s-Santu, iftħilna t-teżori tal-grazzji tiegħek  --  Ħenn għalina

Spirtu s-Santu, għallimna nitolbu tajjeb  -- Ħenn għalina

Spirtu s-Santu, dawwalna bl-ispirazzjonijiet tiegħek tas-sema  -- Ħenn għalina

Spirtu s-Santu, mexxina fit-triq tas-salvazzjoni  --  Ħenn għalina

Spirtu s-Santu, agħtina dak l-għerf li hu biss meħtieġ  -- Ħenn għalina

Spirtu s-Santu, ħeġġiġna biex nagħmlu dak li hu tajjeb  -- Ħenn għalina

Spirtu s-Santu, agħtina l-merti tal-virtujiet kollha  -- Ħenn għalina

Spirtu s-Santu, kun Int il-premju tagħna ta’ dejjem  -- Ħenn għalina

 

Ħaruf t’Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja – Ibagħtilna l-Ispirtu s-Santu

Ħaruf t’Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja Ferra’ f’ruħna d-doni ta’ l-Ispirtu s-Santu

Ħaruf t’Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja –Agħtina l-Ispirtu ta’ għerf u qdusija

 

Ejja Spirtu s-Santu !  Imla’ l-qlub tal-fidili u kebbes fihom in-nar ta’ Imħabbtek

                                                 

Mill-ktieb – ĠABRA TA’ TALB U KANT – paġni 118-120. MAĦRUĠ MILL-FERGĦA EWKARISTIKA