IL-LITANIJA TAL-MADONNA

 

Mulej, ħniena.

Kristu, ħniena.

Mulej, ħniena.

Kristu, ismagħna.

Kristu, ilqa’ t-talb tagħna.

Missier Etern Alla.  

 

Għall-invokazzjonijiet li ġejjin wieġeb,Ħenn għalina”

Iben Alla, li fdejt id-dinja.  

Spirtu Qaddis Alla.

Trinità Qaddisa Alla wieħed.

 

Għall-invokazzjonijiet li ġejjin wieġeb,Itlob għalina”

Imqaddsa Marija.

Imqaddsa Omm Alla.

Imqaddsa xebba tax-xbejbiet.

Omm ta’ Kristu.

Omm il-Knisja.

Omm tal-ħniena.

Omm tal-grazzja ta’ Alla.

Omm it-tama.

Omm l-iżjed safja.

Omm l-iżjed nadifa.

Omm u xebba.

Omm bla tebgħa.

Omm li tistħoqq l-imħabba.

Omm ta’ l-għaġeb.

Omm tal-parir it-tajjeb.

Omm ta’ min ħalaqna.

Omm ta’ min salvana.

Xebba kollok għaqal.

Xebba li tistħoqq kull qima.

Xebba li tistħoqq kull foħrija.

Xebba kollok setgħa.

Xebba kollok ħniena.

Xebba dejjem marbuta m’Alla.

Mera tal-qdusija.

Tron tal-għerf.

Bidu tal-ferħ tagħna.

Għamara ta’ l-Ispirtu s-Santu.

Għamara ta’ kull grazzja.

Għamara ta’ kull tjieba.

Warda mistika.

Torri ta’ David.

Torri ta’ l-avorju.

Dar tad-deheb.

Arka tar-rabta l-ġdida.

Bieb tas-sema.

Kewkba ta’ filgħodu.

Saħħa tal-morda.

Kenn tal-midinbin.

Faraġ tal-migranti.

Faraġ ta’ l-imnikktin.

Għajnuna ta’ l-insara.

Sultana ta’ l-Anġli.

Sultana tal-Patrijarki.

Sultana tal-Profeti.

Sultana ta’ l-Appostli.

Sultana tal-Martri.

Sultana tal-Konfessuri.

Sultana tal-Verġni.

Sultana tal-Qaddisin kollha.

Sultana mnissla mingħajr l-ewwel tebgħa.

Sultana mtellgħa s-sema.

Sultana tar-Rużarju Mqaddes.

Sultana tal-familja.

Sultana tal-paċi.

 

Ħaruf t’Alla, li tneħhi d-dnubiet tad-dinja: Aħfrilna, nitolbuk, Malej.

Ħaruf t’Alla, li tneħhi d-dnubiet tad-dinja: Ismagħna, nitolbuk, Mulej.

Ħaruf t’Alla, li tneħhi d-dnubiet tad-dinja: Ħenn għalina.

 

Itlob għalina qaddisa Omm Alla:

Biex ikun jistħoqqilna dak li wegħdna Kristu.

 

Nitolbu...

O Alla, li ridt li mat-tħabbira tal-Anġlu, l-Iben tiegħek isir bniedem fil-ġuf tal-Verġni Mqaddsa Marija, agħtina nitolbuk, lilna li nistqarruha Omm Alla, li nkunu megħjunin mit-talb tagħha. Bl-istess Kristu Sidna.  Ammen.

 

Fittex aktar talb mil-Laikos ...