Kelma tal-Ħajja

OTTUBRu 2016 | ĦARĠA 1609

 

fer il-proxxmu d-dnubiet tiegħu, u mbagħad titlob u dnubietek jinħafrulek” (Sir 28, 2).

Diffiċli titkellem fuq il-maħfra f’soċjetà vjolenti bħal dik li qed ngħixu fiha. Kif tista’ taħfer lil min qered familja, lil min iwettaq affarijiet tal-waħx jew lil min joqorsok fil-laħam il-ħaj fi kwistjonijiet personali filwaqt li jirvinalek karriera u  jittradik?

L-ewwel ħaġa li tiġik f’moħħok hija l-vendetta, li tpatti l-ħażin bil-ħażin u b’hekk tinħoloq aktar mibegħda u vendetta li bihom is-soċjetà tkompli titħassar. Inkella tiksirha ma’ xi ħadd, iżżomm f’qalbek u b’hekk il-ħajja timtela bil-qrusa u jitniġġsu r-rabtiet.

Il-Kelma ta’ Alla tidħol bis-saħħa kollha tagħha fil-ħafna sitwazzjonijiet ta’ kunflitti u bla ebda tlaqliq tipproponi l-aktar soluzzjoni diffiċli u kuraġġuża: il-maħfra. 

Din id-darba l-istedina taslilna mingħand Ben Sira, raġel għaref mill-poplu antik ta’ Iżrael, li juri kemm hi bla sens it-talba għall-maħfra li persuna tagħmel lil Alla u li, min-naħa tagħha ma tafx taħfer. F’kitba antika tat-tradizzjoni Lhudija naqraw: [Alla] lil min jaħfer id-dnubiet? Lil min min-naħa tiegħu jaf jaħfer” . Din hi l-istess ħaġa li Ġesù nnifsu għallimna fit-talba li nagħmlu lill-Missier: Missierna... aħfrilna dnubietna, bħalma naħfru lil min hu ħati għalina» .

Aħna wkoll niżbaljaw, u kull darba nkunu rridu li jaħfrulna! Nittalbu u nittamaw li jingħatalna ċ-ċans li nibdew mill-ġdid, li n-nies terġa’ tafda fina. Jekk dan jgħodd għalina, ma jgħoddx ukoll għall-oħrajn?  Aħna m’għandniex inħobbu lil għajrna bħalma nħobbu lilna nfusna?

Chiara Lubich, li tkompli tnebbaħna biex nifhmu l-Kelma tal-ħajja, tgħid li l-istedina għall-maħfra mhijiex stedina biex wieħed jinsa li spiss tfisser li ma tħarisx lejn ir-realtà. Il-maħfra mhijiex dgħufija, jiġifieri li ma tagħtix kas ta xi tort għax tibża’ minn dak li hu aktar b’saħħtu. Il-maħfra ma tfissirx li tistqarr li mhuwiex importanti dak li hu serju, jew li tgħid li hu tajjeb dak li hu ħażin. Il-maħfra mhijiex indifferenza. Il-maħfra tagħmilha bir-rieda tiegħek u taf xi tkun qed tagħmel, jiġifieri tagħmilha bil-libertà. Meta taħfer tkun qed tilqa’ lil ħuk kif inhu, minkejja l-ħażin li għamillek, kif Alla jilqa lilna l-midinbin minkejja d-difetti tagħna. Meta taħfer ma tweġibx għall-offiża billi tagħmel offiża oħra, imma tagħmel dak li jgħid San Pawl: allix il-ħażen jirbħek, iżda irbaħ il-ħażen bit-tajjeb” .

 Meta taħfer tagħti lil min naqsek iċ-ċans li jibni rabta ġdida miegħek, jiġifieri tkun qed toħloq iċ-ċans li t-tnejn terġgħu tibdew mill-ġdid b’ġejjieni fejn il-ħażen ma jkollux l-aħħar kelma”.

Il-Kelma tal-ħajja se tgħinna nirreżistu għat-tentazzjoni li nwieġbu ħażin u li npattu għall-ħażen li rċevejna. Se tgħinna naraw lil min hu għadu” tagħna b’għajnejn ġodda, billi fih naraw lil xi ħadd li jeħtieġ l-imħabba, anki jekk hu kattiv, u ngħinuh jinbidel. Din tkun il-vendetta ta’ mħabbitna”.

Tgħidli: Imma dan diffiċli’, tkompli Chiara fil-kumment tagħha. Hekk hu. Iżda dan hu s-sabiħ tal-kristjaneżmu. Mhux għalxejn għażilt li timxi wara Alla li waqt li kien qed imut fuq is-salib, talab il-maħfra lil Missieru għal dawk li tawh il-mewt. Kuraġġ mela; ibda għix hekk! Ibqa’ żgur li tħoss paċi u ferħ li bħalhom qatt ma tkun ħassejt qabel” .

Fabio Ciardi

1.  Costruire sulla roccia, Città Nuova, Ruma 1983, p. 46-58.