LAIKOS.org

Segretarjat għal-Lajċi, Malta.

 

2

 

Home

Librerija

Forum

Arkivju

Links

Ikkuntatjana

 

 

     

 

 

 

Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Lajċi 2013, Monsinjur Arċisqof Pawlu Cremona OP, mexxa Għasar Solenni fil-Kon Katiral ta’ San Ġwann, nhar il-Ġimgħa, 15 ta’ Frar 2013.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Flimkien ma’ Monsinjur Arċisqof Pawlu Cremona, ħadu sehem ukoll l-Isqof Awżiljari u Vigarju Ġenerali Monsinjur Charles Scicluna u l-Arċisqof Emeritus Monsinjur Ġużeppi Mercieca. 

Ħadu sehem ukoll diversi Kappillani u xi Saċerdoti u Reliġjużi oħra.

 

 

 

 

 

 

 

 

Mijiet ta’ Lajċi mill-parroċċi kollha ta’ Malta mlew il-Kon Katidral ta’ San Ġwann sabiex f’din is-Sena tal-Fidi, flimkien mal-Isqfijiet u mal-Kappillani jroddu ħajr lil Alla għad-don tal-Fidi u għas-sejħa li huwa għamel lill-insara kollha fis-Sagrament tal-Magħmudija.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Lejn tmiem iċ-ċelebrazzjoni, id-Delegat tal-Arċisqof għal-Lajċi, radd ħajr lill-Isqfijiet, lill-Kappillani, lil dawk preżenti u lil kull min ta’ sehem fl-organizzazzjoni u qal li f’din il-laqgħa ta’ talb, il-lajċi nsara riedu jfissru il-konvinzjoni tagħhom li minbarra li jaqdu lill-Knisja bil-ħidma pastorali tagħhom fl-għaqdiet u l-parroċċi, huma riedu wkoll jaqduha bit-talb u bis-sagrifiċċji tagħhom.

 

 

 

 

 

 

 

Wara li aktar kmieni, l-Arċisqof Pawlu Cremona kien ta l-messaġġ tiegħu, fl-aħħar taċ-ċelebrazzjoni huwa ta l-barka pastorali tiegħu lil dawk kollha preżenti.

Assistewh matul iċ-ċerimonja Monsinjur Anton Gouder u Monsinjur Lawrenz Mifsud.

 

Ara l-Omelija li għamel l-Arċisqof

 

 

Sit Uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta                                                                                                                                                         http://www.laikos.org      

 Link