Ara il-verżjoni tat-test bl-Ingliż. ...>

 

Diskors tal-Papa Ġwanni Pawlu II fiċ-Cerimonja ta’ Merħba,

Ajruport ta’ Ħal Luqa, 8 ta’ Mejju 2001.

 

Sur President,

Membri tal-Gvern,

Ħuti Isqfijiet,

Sinjuri,

 

B’radd ta’ ħajr mill-qalb lil Alla, qed nieqaf għat-tieni darba fuq l-art Maltija. Il-Pellegrinaġġ Ġubilari li qed nagħmel fl-Elfejn Anniversarju tat-Twelid ta’ Ġesu’ Kristu, reġa wassalni f’Malta. Wara li żort ftit mill-postijiet li huma marbuta ma’ l-istorja tas-salvazzjoni, fis-Sinai, fl-Art Mqddsa, u issa f’Ateni u Damasku, il-pellegrinaġġ tiegħi fuq il-passi ta’ San Pawl jerġa jġibni fostkom.

Grazzi, Sur President għall-istedina li inti għoġbok tagħmilli f’isem il-poplu Malti. Grazzi għall-kliem ta’ merħba li ġentilment tennejtli llum. Nixtieq nirringrazzja wkoll lill-membri tal-Parlament, l-Awtorjitajiet Ċivili u Militari, il-membri tal-Korp Diplomatiku, u dawk kollha li qed jonorawna bil-presenz tagħhom.

B’imħabba fil-Mulej, nsellem lill-Arċisqof mercieca, l-Isqof Cauchi u l-Isqof Awżiljarju Deqpaquale, kif ukoll l-Isqfijiet l-oħra preżenti, li xi wħud minnhom jirrappresentaw l-vokazzjoni missjunarja tal-knisja Maltija, waqt li oħrajn huma dixxendenti ta’ emigranti Maltin. Insellem lis-saċerdoti, lid-djakni, ir-reliċjużi rġiel u nisa; u b’mod partikulari liż-żagħżagħ li qed jhejju rwieħhom biex jaqdu lill-Mulej fis-saċerdozju u fil-ħajja konsagrata. Insellem lill-katekisti u lil dawk kollha li attivament qed jikkoperaw fil-missjoni tal-Knisja.

Fil-kliem tal-Patrun tagħkom San Pawl insellem lill-poplu Malti kollu, mingħajr eċċezzjoni: “Grazzi lilkom u sliem minn Alla Missierna u Sidna Ġesu’ Kristu” (Fil. 1:2)

It-tifkira ta’ l-ewwel żjara tiegħi, ħdax il sena ilu, tiġi f’moħħi spontanejament. Niftakar il-laqgħat li kelli mas-saċerdoti u r-reliġjużi, il-ħaddiema, l-intellettwali, il-familji u ż-żagħżagħ. Niftakar il-Kon Kattidral ta’ San Ġwann il-Belt, is-Santwarji Marjani tal-Mellieħa u Ta’ Pinu fil-Gżira ta’ Għawdex. Niftakar il-bajja u l-Gzejjer ta’ San Pawl, u b’mod partkulari il-Grotta antika, li hija venerata bħala l-post fejn kien joqgħod.

Niftakar fuq kollox il-fidi u l-entużjażmu tal-Maltin u l-Għawdxin.

San Pawl wasal malta bħala priġunier fit-triq tiegħu lejn Ruma, il-post tal-martirju tiegħu. Hawnhekk hu u sħabu li raw l-għarqa kienu milqugħa – bħalma naqraw fl-Atti ta’ l-Appostli – “bi ħlewwa liema bħala”. (28:2). Hawnhekk ta xhieda ta’ Kristu u fejjaq lill-missier Publiju u l-morda l-oħrajn tal-Gżira (cf. Atti, 28:8). It-tjieba tal-poplu malta ltaqgħet mat-“tjieba ta’ Alla, Salvatur tagħna: (Tit. 3:4). Għal żewġ millennji intom kontu fidili lejn il-vokazzjoni li ħarġet minn din il-laqgħa singulari.

Illum is-Suċċessur ta’ Pietru jixtieq jikkonfermakom fl-istess fidi, u jinkuraġġikom fl-Ispirtu ta’ tama u mħabba nisranija. Hu jitlob li, bħal missierijietkom, inthom ukoll tagħmlu frott tajjeb u abbundanti. Siġar tajba jagħtu frott tajjeb u abbundanti (c. Mt. 12: 33-35), bħalma ġara fil-Każ tal-Venerabbli Qaddejja ta’ Alla li ser ikolli x-xorti li niddikjara Beati għada.

Minħabba l-posizzjoni tagħha fl-Ewropa u fil-Mediterran, Malta għanda bħala wirt tradiżżjoni kulturali gġanja b’mod speċjali, li l-qalb tagħha tinsab fl-umaneżmu tal-Vanġelu. F’dinja li qagħdha tfittex dawl żgur bħala gwida għat-tibdil li għaddejja minnhom , intom għandkom wirt spiritwali u morali li huwa kapaċi b’mod perfett ifejjaq u jgħolli d-dinjita’ tal-persuna umana, biex isaħħaħ il-bażi tas-soċjeta’, u biex jagħti lill-ħidma tal-bniedem sens aktar profond u qalli (cf. Gaudium et Spes, 40). Dan huwa l-għerf u t-tifsira profonda li Malta tista’ toffri lil din l-era ġdida storika li ħierġa żgur għalkemm bil-mod il-mod.

Jiena fdajt il-pellegrinaġġ tiegħi taħt il-protezzjoni ta’ l-Imqaddsa Verġni Marija u ta’ l-Appostlu Pawlu. Nitlob l-inter`essjoni tagħhom fuq il-poplu kollu ta’ Malta u Għawdex.

Inberikkom ilkoll, u b’mod speċjali nbierek lill-morda, l-anzjani u dawk kollha li qed ibatu fill-ġisem u r-ruħ.

Il-Mulej ibierek il-poplu kollu ta’ Malta u ta’ Għawdex!