Il-Beatu Papa Ġwanni Pawlu II jitkellem 

dwar l-ewwel żjara tiegħu f’Malta. 

 

 

"Minkejja ċ-ċokon tagħha, Malta hija pajjiż b’importanza internazzjonali kbira. Il-qagħda ġeografika tagħha iffavoriet il-laqgħa ta’ kulturi u idjomi differnti. Illum ukoll Malta għadha tħaddan din il-vokazzjoni ta’ medjazzjoni fost il-ġnus tal-baħar mediterran kollu. Nittama li hija tagħraf tissokta f’din il-missjoni naturali tagħha, mingħajr ma tirrinunzja għall-patrimonju prezzjuż ta’ valuri li kisbet mill-ġenerazzjonijiet li għaddew.

"Filwaqt li kont qed nerġa’ lura lejn Ruma, bqajt inħoss profondament l-impressjonijiet li ħadt waqt iż-żjara; fuq ix-xtut ta’ dik il-gżira kien niżel San Pawl; hemmhekk kien inkiteb kapitlu importanti ta’ l-istorja tal-Knisja, li f’Jum l-Għid il-Ħamsin wriet ruħha lid-dinja kollha bħala l-Poplu ta’ Alla, mwieled mis-Salib u mill-Qawmien mill-Imwiet ta’ kristu, u li qiegħed jimxi t-triqat ta’ din l-art fil-qawwa ta’ l-Ispirtu."

Parti mid-Diskors waqt l-Udjenza tal-Erbgħa, 30 ta’ Mejju 1990.