IL-MISSIERNA

 

Missierna li inti fis-Smewwiet,

jitqaddes Ismek,

tiġi saltnatek,

ikun li trid int, kif fis-sema hekkda fl-art.

 

Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum,

aħfrilna dnubietna bħalma naħfru lil min hu ħati għalina,

u la ddaħħalniex fit-tiġrib, iżda eħlisna mid-deni. Amen.

 

Din hija t-talba li Ġesú nnifsu għallem lill-Appostli u għalhekk fiha tifsira speċjali għaliex ħarget minn fomm l-Imgħallem stess.

Fiha żewġ partijiet.  Fl-ewwel parti nistqarru lil Alla bħala Missier tagħna lkoll u allura li aħna lkoll aħwa.  Inqaddsu l-Isem ta’ Alla u nitolbu li fl-art ukoll ikun hawn is-Saltna ta’ Alla billi issir ir-rieda tiegħu.

Fit-tieni parti nitolbu l-bżonnijiet tagħna, nitolbu l-maħfra ta’ Alla waqt li nwegħdu li aħna wkoll naħfru lil ħutna, u nitolbu li nkunu mħarsa mit-tiġrib.