Laikos

 

IKUN IMBIEREK ALLA

 

Ikun imbierek Alla.

Imbierek l-Isem Imqaddes tiegħu.

Imbierek Ġesú Kristu, veru Alla u veru bniedem.

Imbierek l-Isem ta’ Ġesú .

Imbierka l-Qalb Imqaddsa tiegħu.

Imbierek id-Demm għażiż tiegħu.

Imbierek Ġesú fis-Santissmu Sagrament ta’ l-artal.

Imbierek l-Ispirtu s-Santu Paraklitu.

Imbierka l-kbira Omm Alla, Marija Santissma.

Imbierka l-Imqaddsa u Immakulta Kunċizzjoni tagħha.

Imbierek it-Tlugħ glorjuż tagħha fis-sema.

Imbierek l-Isem ta’ Marija, Verġni u Omm.

Imbierek San Ġużepp, għarus kastissmu tagħha.

Imbierek Alla fl-anġli u l-qaddisin kollha tiegħu.

 

 

Din hija litanija qasira magħrufa bħala It-Tifħir Divin.  L-oriġni tagħha mhux magħruf  imma l-Encyclopedia of Catholicism, (San Francisco; HarperCollins, 1995) tgħid li dan it-tifħir divin aktarx inkiteb mill-Ġiżwita Louis Felici għal ħabta tas-sena 1779 bħala tpattija kontra d-dagħa.