GLORJA

 

Glorja lill-Missier,

u lill-Iben,

u lill-Ispirtu s-Santu.

 

Kif kien mill-bidu,

issa u dejjem,

u jibqa' għal dejjem ta' dejjem. Amen.

 

Hekk kif fir-radd tas-Salib aħna nistqarru li dak kollu li nagħmlu mhux qed nagħmluh f’isimna, iżda fl-Isem tat-Trinitá Qaddisa, hekk ukoll fil-Glorja nistqarru li dak kollu li nwettqu ma nagħmluhx għall-glorja tagħna nfusna imma biex tkun mogħtija Glorja lill-Missier u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu.

U għalhekk dak li ngħidu waqt ir-radd tas-Salib kif ukoll dak li ngħidu fil-Glorja, jmur ferm ‘il hinn mill-kliem innifsu. Fih inkunu qed niġbru l-azzjonijiet kollha tagħna u nistqarru li dawn nagħmluhom f’Isem it-Trinitá Qaddisa u biex tkun mogħtija Glorja lit-Trinitá Qaddisa.