Home          |          Email          |                                                                                                               Sit uffiċċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta

Messaġġ tal-Papa għal Jum l-Emigranti 1996.

 

DWAR L-IMMIGRANTI RREGOLARI

 

Għeżież ħuti,                       

 

1.                  Il-fenomenu ta’ l-emigranti, bil-problemi kollha tiegħu, jinpenja, illum aktar milli  fl-imgħoddi, kemm il-komunita’ internazzjonali u kemm kull wieħed mill-Istati tad-dinja.  Dawn aktarx jindaħlu fil-problemi billi jħarxu s-sistemi ta’ kontroll li għandhom fuq il-fruntieri tagħhom u hekk l-immgrazzjoni titlef dik id-dimensjoni ta’ żvilupp ekonomiku, soċjali u kulturali li jmissu jkollha skond l-istorja, tant li dejjem inqas qed nitkellmu dwar il-qagħda ta’ “emigranti” mill-pajjiżi minn fejn ikunu ġejjin, u dejjem aktar qed nitkellmu fuq “imigrati” b’riferenza għall- problemi li joħolqu fil-pajjiżi fejn imorru jgħixu.

 

       L-immigrazzjoni  qed tieħu sura ta’ emerġenza soċjali, l-aktar għax qed jikber l-għadd ta’ “immigranti irregolari” imigrazzjoni li dejjem aktar qed tiżdied minkejja l-ħafna restrizzjonijiet li qed ikun hemm.  L-imigrazzjoni irregolari dejjem kienet teżisti, u spiss kienet tollerata għaliex  tgħin biex dejjem ikun hemm riserva ta’ nies li tista’ tħaddem meta l-imigrati regolari jogħlew fil qagħda soċjali tagħhom u jibdew jagħmlu parti b’mod stabbli mid-dinja tax-xogħol.

 

2.      Illum il-fenomenu ta’ l-imigranti rregolari kiber sewwa, kemm għaliex it-talba għall-ħaddiema barranin dejjem aktar qed tikber minħabba l-esiġenzi li għalihom mhux biżżejjed il-ħaddiema tal- pajjiż, u kemm minħabba li dejjem aktar qed jikber l-għadd ta’ nies li qed jiġu mġegħlin jemigraw bilfors.  L-għalaq li hu meħtieġ biex jinsab tarf  għal din il-problema hekk delikata jitlob li din il-problema ma titwarrabx fil-ġenb jew ma noqogħdux insemmuha, ukoll għaliex din il-problema qed toħloq tbatijiet kbar għal-eluf ta’ nies, tbatijiet li dejjem aktar qed jiżdiedu  minflok ma jitnaqqsu.  Il-fatt li wieħed ikun immigrant irregolari skond il-liġI m’għandux ifisser it-tnaqqis tad-drittijiet tiegħu bħala bniedem, drittijiet li ma jistgħux qatt jiġu lilu mċaħħdin jew li jitwarrbu fil-ġenb

 

      Irid jittieħed ħsieb ta’ l-imigrazzjoni irregolari, iżda jeħtieġ ukoll li bil-qawwa kollha jinġiebu fix-xejn l-inizjattivi kriminali li qed jipprofittaw mill-imigrazzjoni klandestina.  L-aħjar għażla , li għandha tagħti frott tajjeb li jibqa’, hi dik tal-koperazzjoni internazzjonli, li bħala għan trid iġġib ‘il quddiem stabilta’ polotika u twarrab in-nuqqas ta’ żvilupp.  Id-differenzi kbar  ekonomiċI u soċjali bejn il-pajjiżi li qed jgħinu l-movimenti migratorju, m’għandux jitqies bħala xi disgrazzja, imma bħala sfida għas-sens ta’ responsabbilta’ tal-ġens kollu tal-bnedmin.

 

 

   3.   Il-Knisja tqies il-problema ta’ l-imigranti irregolari fid-dawl ta’ Kristu li miet biex jiġbor flimkien l-ulied alla li kienu xterdu (ara Ġw 11,52) biex jiġbor lura dawk li ġew imwarrbin, u jressaq lejh dawk lit begħdu minnu, biex jiġbor ilkoll f’xirka waħda mibnija mhux skond ir-razza, il-kultura u s-soċjeta’ ta’ dik li jkun, imma skond ir-rieda ta’ kulħadd li jilqa’ l-kelma ta’ Alla u jfittex il-ġustizzja tiegħu.  “Alla ma jħares lejn wiċċ ħadd, imma jilqa’ ‘l kull min għandu l-biża tiegħu  u jagħmel is-sewwa, ikun min liema poplu jkun “ (Atti 10, 34 – 35).

 

   Dak li tagħmel il-Knisja hu skond il-missjoni ta’ Kristu.  B’mod partikulari tistaqsi lilha nfisha kif, waqt li tħġaris il-liġi, tersaq lejn persuna li ma ngħatalhiex il-permess  li tgħix fil-pajjiż li marret.  Il-Knisja tistaqsi wkoll x-siwi għandu d-dritt għall-emigrazjoni meta m’hemmx iwieġeb għalih id-dritt ta’ l-imigrazzjoni.  Il-Knisja għandha wkoll quddiemha l-problema ta’ kif timpenja f’din il-ħidma ta’ solidarjeta’ l-komunitajiet insara, spiss influwenzati minn opinjoni pubblika xi kultant kontra l-imigranti.

 

   L-ewwel mezz kif tgħin dawn in-nies hu li tismagħhom biex tagħraf il-qagħda tagħhom u tiżguralhom l-għajnuna meħtieġa, tkun xi tkun il-qagħda ġuridika tagħhom quddiem l-Istat.

 

   Għalhekk  hi importanti ħafna l-għajnuna lill-imigrant irregolari biex jagħmel kull ma hu meħtieġ ġa jikseb il-permess biex jibqa’ fil-pajjiż.  L-istituzzjonijiet soċjali u karitattivi jistgħu javviċinaw l-awtoritajiet ċivili biex ifittxu skond il-liġi, is-soluzzjoni l-aktar adatta għal kull kas.

 

   Sforz ta’ din is-sura jrid isir l-iktar favur dawk li jkunu ilhom żmien twil jgħixu fil-pajjiż,  u għamlu għeruq fis-soċjeta’ tal-post, tant li jekk jerġgħu  lura lejn il-pajjiż minn fejn kienu ġew dan ikun għalihom qisu emigrazzjoni bil-maqlub b’ħsara kbira l-aktar għal uliedhom. 

 

   4.   Meta jidher li mhux se jkun hemm ebda soluzzjoni għall-problema, dawk l-istituzzjonijiet iridu jgħinu lil dawn in-nies ukoll, jekk ikun meħtieġ, b’għajnuna materjali jew biex jiġu milqugħin f’pajjiżi oħra biex jerġgħu lura lejn pajjiżhom.

 

   L-emigrazzjoni in ġenerali u dik ta’ l-imigrant irregolari hi problema li biex  ikollha soluzzjoni tajba titlob impenn  kbir mis-soċjeta’ li fi ħdanha l-imigranti jienu marru.  Fid-dawl ta’ dan hu importanti ħafna li l-opinjoni pubblika tkun informata dwar il-qagħda vera tal-pajjiż minn fejn ġew l-imigranti, mill-qagħda traġika li fiha sabu ruħhom u mir riskju li jidħlu għalih jekk jerġgħu lura f’pajjiżhom.  Il-miżerja u l-iżventura tagħhom huma raġuni oħra biex bil-qalb kollha wieħed jersaq lejn l-imigranti. 

 

   Jeħtieġ ngħassu kontra kull sura ta’ neorazziżżmu jew ta mġieba xenofoba li jwasslu biex dawn ħutna jkollhom ipattu għal xi diffikultajiet tal-qagħda tal-post. 

 

   Minħabba l-kobor li kiseb il-fenomenu ta’ l-imigranti irregolari jeħtieġ li l-liġijiet tal-pajjiżi interessati f’dan il-fenomenu, sa fejn jista’ jkun, jiġu adattati wkoll biex ikun hemm tqassim aħjar tal-ħidma għal soluzzjoni xieraq.  Jeħtieġ jiġu evitati regolamenti amministrattivi li jolqtu l-familji b’mod li jiġu mwarrba unġustament persuni li ebda liġi ma tista’ ċċaħħadhom mid-dritt li jgħixu fil-familja tagħhom.

 

   Għandu jingħata ħarsien adatt lil dawk li ħarbu minn pajjiżhom minħabba raġunijiet li mhux imsemmijin f’konvenzjonijiet internazzjonali u jekk jerġgħu lura lejn pajjiżhom isibu ruħhom f’periklu kbir għal ħajjithom.

 

   5.   Inħeġġeġ il-Knejjes partikolari biex iħajru għar-riflessjoni, jagħtu d-direttivi  u tagħrif biex jgħinu lil dawk li jagħmlu ħidma pastorali u soċjali, biex jimxu bil-għaqal f’ħaġa hekk delikata u komplikata.

 

   Meta l-għarfien tal-problema hu influwenzat minn preħudizzji u qagħdiet xenofobi, il-Knisja m’għandiex tonqos  issemma’ l-leħen tagħha ta’ fraternita’ flimkien ma’ għemiel li jagħti xhieda tal-primat ta’ l-imħabba.

 

   F’qagħda mwiergħa bħal din l-importanza kbira ta’ l-għajnuna li tingħata m’għandhiex tnessina li fost dawn l-imigrati rregolari hemm ħafna nsara kattoliċi li spiss għall-ġieħ tal-fidi tagħhom qed ifittxu rgħajja u postijiet fejn  jistgħu jitolbu, jisimgħu l-kelma ta’ Alla, jiċċelebraw il-misteri tal-Mulej .  Hu dmir kull djoċesi tilqa dawn it-tamiet.

 

   Fil-Knisja ħadd m’hu barrani u l-Knisja mhux barranija għall—ebda bniedem u f’ebda post.  Bħala sagrament ta’ l-għaqda, u għalhekk bħala sinjal ta’ qawwa li tiġbor flimkien il-bnedmin kojjha, Il-Knisja hija l-post li fiha l-imigranti llegali wkoll huma magħrufin u milqugħin bħala aħwa. Hu dmir kull djoċesi tuża l-forzi kollha tagħha biex dawn in-nies li qed jgħixu qagħda nieqsa mill-ħarsien tas-soċjeta’ ċivili, isibu sens ta’ fraternita’ fil-komunita’ nisranija.

 

Is-solidarjeta’ tfisser tidħol għar-responsabbilta’ favur dawk li jinsabu f’xi diffikulta’.  Għan-nisrani l-emigrant mhux sempliċI bniedem li għandek tirrispetta skond in-normi tal-liġI, imma hu persuna li bil-preżenza u bil-ħtiġijiet  tiegħu jimpenja n-nisrani fir-responsabbiltajiet tiegħu.  X’għamiltlu lil ħuk?”  (Cfr Ġen 4, 9).  It-tweġiba ma tingħatax  skond dak lit għid il-liġI imma skond l-ispirtu ta’ solidarjeta’.

 

   6.    Il-bniedem l-iktar meta hu dgħajjef, bl-ebda ħarsien, imwarrab mis-soċjeta’, hu sagrament tal-presżenża ta’ Kristu (Cfr Mt 25, 40, 45).  “Imma x’qabda nies misħuta li l-liġi ma jafuhiex?” (Ġw 17, 49), qalu l-fariżej għal dawk li Ġesu kien jgħin aktar milli kienu jippermettu l-liġijiet tagħhom.  Ġesu ġie jfittex u jsalva lil min kien mitluf (Cfr Lq 19, 10), jiġbor l-imwarrab, l-abbandunat u r-rifjutat mis-soċjeta’.

 

   “Kont barrani u lqajtuni” (Mt 25, 35).  Hu dmir il-Knisja mhux biss li ma tieqaf qatt ixxandar dan it-tagħlim tal-fidi tal-ulej, imma wkoll tgħid liema  hu l-aħjar mod biex iħarsu  akond il-qagħdiet li jinħolqu biż-żminijiet.  Illum l-imigrant irregolari jiġi għandna bħala “il-barrani” li fih Ġesu jridna ngħarfuh.  Meta nilqgħuh u nuruh solidarjeta’ naqdu dmir ta’ ospitalita’ u ta’ fedelta’ għall-identita’ tagħna bħala nsara.

 

   B’dawn ix-xewqat nagħti lill kull min hu mpenjat fil-qasam ta’ l-emigrazzjoni l-barka Appostolika b’rahan ta’ kotra ta’ barkiet mis-sema.  

 

 

   Mill-Vatikan,  25 ta’  Lulju  1995,  fis-sbatax-il  sena tal-Pontifikat.

 

  

                                                     JOANNES PAULUS pp II

 

 

 

 

 

Ħajr lis-Ms Josephine Bajada għall-għajnuna tagħha fit-typing tad-dokument.