X’ifisser Franġisku? L-ismijiet normalment ma nagħżluhomx aħna, imma huma mogħtija lilna. Għalhekk meta l-Papa għażel għalih nnifsu l-isem ta’ Franġisku huwa ried iqajjem xi ħaġa fina. Riedna nistaqsu, “X’ifisser Franġisku?” L-eżempju li jagħtina Franġisku biex inħarsu lejh huwa ta xi ħadd li kien nisrani radikali. Aħna ma rridux niffukaw fuq Franġisku, imma fuq dak li Franġisku għamel. U b’ħajtu, il-Papa Franġisku qed jagħmililna sejħa biex inħarsu lejn Franġisku, għax Franġisku ispira lilu. Is-sempliċità li għandu hija c-ċarezza tiegħu fi kliemu, f’dak li jagħmel, f’ilbiesu …. Franġisku: il-Qaddis u l-Papa. |