PROGRAMM TAL-PELLEGRINAĠĠ TAL-PAPA FRANĠISKU FL-ART IMQADDSA  - 24 – 26 MEJJU 2014

 

Is-Sibt, 24 ta’ Mejju 2014.

08.15 Il-Papa jitlaq mill-ajruport ta’ Fiumicino f’Ruma.

12.00 Il-Papa jasal fl-ajruport Internazzjonali Queen Alia ta’ Amman.  Segwi Dirett.

12.30 Ċerimonja ta’ merħba fil-Palazz tar-Re Husseini f’Amman. Laqgħa mar-Re u r-Reġina tal-Ġordan. Segwi Dirett.

14.20 Laqgħa mal-Awtoritajiet tal-Ġordan. Diskors tal-Papa Franġisku.

14.45 Quddiesa fl-Istadju Internazzjonali ta’ Amman. Omelija tal-Papa Franġisku. Segwi Dirett.

17.50 Żjara fis-sit tal-Magħmudija f'Betanja ‘il hinn mill-Ġordan u laqgħa mar-Rifuġjata u ma Żgħażagħ b’dizabiltà fil-knisja latina f’Betanja ‘il hinn mill-Ġordan.  Diskors tal-Papa Franġisku.  Segwi Dirett.

 

Il-Ħadd, 25 ta’ Mejju 2014.

07.15 Tluq mill-Ġordan għall-Ajruport Internazzjonali Queen Alia ta’ Amman.

07.30. Tluq bil-helicopter mill-Ajruport ta’ Amman lejn Betlehem.

08.20. Wasla f’Betlehem u ċerimonja ta’ merħba.  Wara żjara lill-President tal-Istat Palestinjan. Segwi Dirett.

09.00 Laqgħa mal-Awtoritajiet Palestinjani. Diskors tal-Papa Franġisku.    

   Il-Papa Franġisku jitlob mal-ħajt tal-firda f'Betlehem, 25/05/2014.

09.45 Quddiesa fil-Pjazza tal-Maxtura f’Betlehem. Omelia tal-Papa Franġisku.  Fi tmiem il-Quddiesa issir it-talba tar-Regina Coeli. Messaġġ tal-Papa. Segwi Dirett.

12.30 Pranzu mal-Familji tal-Palestina fil-Kunvent Franġiskan ta’ Casa Nova f’Betlehem.

14.00 Żjara privata fil-Għar tat-Twelid ta’ Ġesù ta’ Betlehem u Il-Papa jsellem lit-tfal fil-kampijiet tar-Rifuġjati ta’ Dheisheh.  Segwi Dirett.

14.45 Tluq lejn il-heliport ta’ Betlehem.

15.00 Tluq mill-heliport ta’ Betlehem lejn l-Ajruport Internazzjonali Ben Gurion ta’ Tel Aviv.  Diskors tal-Papa Franġisku.

15.20 Ċerimonja ta’ merħba fl-ajruport ta’ Tel Aviv. Segwi Dirett.

16.15 Tluq bil-helicopter lejn Ġerusalemm.

16.45 Wasla f’Ġerusalemm fuq il-Muntanja Scopus.

17.15 Laqgħa privata tal-Papa Franġisku mal-Patriarka Ekumeniku ta’ Kostantinopli. Iffirmar ta’ dikjarazzjoni konġunta.

17.50 Ċelebrazzjoni Ekumenika fl-okkażjoni tal-50 Anniversarju tal-laqgħa bejn il-Papa Pawlu VI u l-Patriarka Atenagora.  Diskors tal-Papa Franġisku. Segwi Dirett.

19.15 Ċena flimkien mal-Patriarki u Isqfijiet fil-Patriarkat Latin ta’ Ġerusalemm.

 

It-Tnejn, 26 ta’ Mejju 2014.

07.00 Żjara lill-Gran Mufti ta’ Ġerusalemm fil-bini tal-Gran Kunsill.  Diskors tal-Papa Franġisku. Segwi Dirett.

08.10 Żjara lill-Ħajt tal-Punent ta’ Ġerusalemm.

08.45 Tqegħid ta’ fjuri fuq il-Muntanja Herzl ta’ Ġerusalemm.

09.00 Żjara lill-Mafkar ta’ Tad Vashem f’Ġerusalemm. Diskors tal-Papa Franġisku.  Segwi Dirett.

09.45 Żjara liż-żewġ Gran Rabbini ta’ Iżrael fiċ-Ċentru Heichal Shlomo. Diskors tal-Papa Franġisku.

10.45 Żjara lill-President tal-Istat ta’ Iżrael fil-Palazz Presidenzjali f’Ġerusalemm.  Diskors tal-Papa Franġisku.

12.00 Laqgħa privata mal-Prim Ministru ta’ Iżrael fiċ-Ċentru Notre Dame ta’ Ġerusalemm.

12.30  Pranzu.

12.30 Laqgħa mal-Patriarka Ekumeniku ta' Kostaninopli.

15.00 Laqgħa mas-Saċerdoti, Reliġjużi u Seminaristi fil-knisja tal-Ġetsemani maġenb il-Ġnien taż-Żebbuġ.  Diskors tal-Papa Franġisku.

16.20 Quddiesa mal-Isqfijiet tal-Art Imqaddsa fis-Sala taċ-Ċenaklu f’Ġerusalemm. Omelija tal-Papa Franġisku.

18.30 Tluq bil-helicopter lejn l-Ajruport Internazzjonali Ben Gurion ta’ Tel Aviv.

19.00 Tluq mill-Ajruport Internazzjonali Ben Gurion ta’ Tel Aviv lejn Ruma. Segwi Dirett.

23.00  Wasla fl-Ajruport Ciampino f’Ruma.