Greg Burke

Grazzi, Santità. Il-waranofsinhar it-tajjeb. Ġimagħtejn biss wara l-aħħar vjaġġ tiegħek: vjaġġ differenti ħafna. Normalment in-nies, meta tivvjaġġa mal-Papa, tgħidlek: “Nitolbu għalik!”. Din id-darba, billi sejrin Fatima, kulħadd qalilna: “Itolb għalina”, għax sejrin Fatima. Hawn ħafna ġodda [ġurnalisti], għax hawn grupp tajjeb ta’ Portugiżi, u napprofitta biex ngħid li dan hu mument ta’ tislima, mhuwiex il-waqt li nirrakkontaw il-ħajja, il-mewt jew il-mirakli. Irridu nirrispettaw il-ħinijiet tal-Qdusija Tiegħu: xi ftit tal-ħin biex jiekol, xi ftit biex jistrieħ…, nimmaġina anki biex jitlob… Grazzi.

 

Il-Papa Franġisku

Il-waranofsinhar it-tajjeb u grazzi tal-kumpanija u x-xogħol tagħkom li se tagħmlu f’dan il-vjaġġ, li, kif qal Greg, hu xi ftit speċjali: hu vjaġġ ta’ talb, ta’ laqgħa mal-Mulej u mal-Omm Qaddisa ta’ Alla.

 

Grazzi tal-kumpanija tagħkom, ejja nibqgħu mexjin.

 

 

miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Francesco Pio Attard