Omelija tal-Papa Franisku

‘Il Bogħod mill-mondanità

It-Tlieta, 30 ta’ April 2013

 

Il-paċi, dik vera, ma tinxtarax. Hija rigal ta’ Alla. Rigal li huwa jagħti lill-nisja tiegħu. Biex jiksbuha l-insara hemm bżonn li jkomplu jafdaw il-Knisja lil Alla, billi jitolbuh jieħu ħsiebha u jiddifendiha mill-attakki tal-ispirti ħżiena, li lill-bniedem joffrulu paċi differenti, paċi tad-dinja, mhux il-vera paċi. Huwa dan is-sens tar-riflessjoni proposta mill-Papa Franġisku fl-għodwa tat-Tlieta, 30 ta’ April, waqt il-quddiesa ċċelebrata fil-kappella tad-Domus Sanctae Marthae, li fiħa ħadu sehem, fost l-oħrajn, grupp ta’ kollaboraturi tal-Amministrazzjoni tal-Patrimonju tas-Sede Apostolika, akkumpanjati mill-kardinal Domenico Calcagno, li ikkonċelebra mal-Papa.

 

Il-Pern tar-riflessjoni tal-Papa kienet il-kelma “fiduċja”, li tidher darbtejn fl-ewwel qari, meħud mill-Atti tal-Appostli (14, 19-28): l-ewwel darba meta, ġo Perge, l-appostli jafdaw lill-anzjani lill-Mulej; it-tieni meta jerġgħu lura Antijokja, “hemm fejn kienu fdati lill-grazzja tal-Mulej: “dan - qal il-Papa - ifisser il-fiduċja tal-Knisja lill-Mulej. Tistà tgħasses lill-Knisja, tistà tieħu ħsieb il-Knisja, le? Dan hemm bżonn li nagħmluh b’xogħolna. Imma l-iktar importanti huwa dak li jagħmel il-Mulej: huwa l-uniku wieħed li jistà jħares f’wiċċ l-ispirtu ħażin u jirbħu. ‘iġi l-prinċep tad-dinja, kontra tiegħi ma jistà jagħmel xejn:’ jekk irridu li l-prinċep ta’ din id-dinja ma jaħtafx il-Knisja taħt idejh, hemm bżonn li nafdawha lill-uniku li jistà jegħleb lill-prinċep ta’ din id-dinja.”

Imma “aħna - kienet id-domada tal-Papa - nitolbu għall-Knisja?” Għall-Knisja kollha? Għal ħutna, li ma nafux, kull fejn huma fid-dinja?” Din hija l-Knisja tal-Mulej, mxerrda ma’ kullimkien fid-dinja; u meta fit-talb tagħna ngħidu lill-Mulej: ‘Mulej, ħares il-Knisja tiegħek,’” ikollna f’moħħna din il-Knisja, il-Knisja tal-Mulej, il-Knisja li tgħaqqad “lil ħutna.” Din hija t-talba li “jmissna nagħmlu bil-qalb - tenna l-Papa - u kull ma jmur dan għandna nżiduh. Għalina huwa faċli li nitolbu biex naqilgħu xi grazzja mingħand il-Mulej, meta jkollna bżonn xi ħaġa; u mhux diffiċli nitolbu biex niżżu ħajr lill-Mulej: grazzi għal...Imma li nitolbu gl-Knisja, għal dawk li ma nafuhomx, imma li huma ħutna rġiel u nisa, għaliex irċivew l-istess Magħmudija, u ngħidu lill-Mulej ‘huma tiegħek, huma tagħna...ħu hsiebhom,’” dik hija ħaġ’oħra: tfisser “nafdaw il-Knisja lill-Mulej;” din hija “talba li tkabbar lill-Knisja” imma hija wkoll “att ta’ fidi. Aħna ma nistgħu nagħmlu xejn, aħna lkoll imsejka qaddejja tal-Knisja: imma huwa Hu li jistà jmexxiha ‘l quddiem u jgħassisha, jagħmilha qaddisa, jiddefendiha, jiddefendiha kontra l-‘prinċep ta’ din id-dinja,’” jiġifieri minn għand dak li “jrid li l-Knisja ssir iktar u iktar mondana.

Dan huwa l-ikbar perikolu,” għaliex “meta l-Knisja ssir mondana, meta jkollha ġewwa fiha l-ispirtu tad-dinja,” meta tikseb il-paċi li mhix dik tal-Mulej - dik li dwarha Ġesù assikurana billi qalilna “inħallilkom il-paċi, nagħtijom il-paċi tiegħi - allura ssir Knisja “dgħajfa, Knisja li tintrebaħ u mhix kapaċi propju ġġorr il-Vanġelu, il-messaġġ tas-Salib, l-iskandlu tas-Salib. Ma tkunx tistà ġġorru ‘l quddiem ġaladarba tkun mondana! Għalhekk hija tant importanti u tant qawwija din it-talba: nafdaw il-Knisja lill-Mulej.”

Mhix drawwa abitwali għalina - innota l-Qdusija Tiegħu  -  li nafdaw il-Knisja lill-Mulej.” Minn hawn l-istedina biex nitgħallmu nafdaw lill-anzjani, lill-morda, lit-trabi, lit-tfal lill-Mulej, waqt li ntennu “ ‘indokra Mulej il-Knisja tiegħek:’ hija tiegħek! B’dan l-atteġġjament huwa jagħtina, f’nofs it-tribulazzjonijiet, dik il-paċi li huwa biss jistà jagħti. Dik il-paċi li d-dinja ma tistax tagħti, li ma tinxtarax; dik il-paċi li hija tassew rigal tal-preżenza ta’ Ġesù f’nofs il-Knisja tiegħu,” ukoll fit-yribulazzjonijiet: dawk kbar, bħall-“persekuzzjonijiet,” u “wkoll it-tribulazzjonijiet iż-żgħar tal-mard jew tal-problemi tal-familja.” Dan kollu, qal il-Papa fl-għeluq, hemm bżonn li nafdawh lill-Mulej billi nitolbuh: “Indokra l-Knisja tiegħek fit-tribulazzjonijiet, sabiex ma titlifx il-fidi, sabiex ma titlifx it-tama.” U “illum - żied - irrid ngħid: agħmlu din it-talba ta’ fiduċja għall-Knisja tagħmel tajjeb lilna u tagħmel tajjeb lill-Knisja; tagħti paċi kbira lilna u tagħti paċi kbira lill-Knisja; ma twarrbilniex it-tribulazzjonijiet, imma tagħmilna qawwija fit-tribulazzjonijiet. Hekk nitolbu din il-grazzja li jkollna d-drawwa lil nafdaw il-Knisja lill-Mulej.”

 

 Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.