Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta

Moħbija fir-rakkont tal-każijiet partikolari hemm dejjem nassa kontra tagħna u kontra Alla.

Il-Ġimgħa, 28 ta' Frar 2014

 

Moħbija fir-rakkont tal-każijiet partikolari hemm dejjem nassa kontra tagħna u kontra Alla.  Dan affermah dalgħodu l-Papa Franġisku waqt il-quddiesa fid-dar Santa Marta.  Waqt li kien qed jikkummenta l-Vanġelu tal-lum il-Papa tkellem dwar is-sbuħija taż-żwieġ u wissa li għadna nakkumpanjaw u mhux nikkundannaw li dawk li jaffaċċjaw il-falliment tal-imħabba tagħhom.  Kristu, qal il-Papa, huwa l-Għarus tal-Knisja u għalhekk ma nistgħux nifhmu lil wieħed mingħajr l-oħra.

 

L-imgħallmin tal-liġi jippruvaw jaqbdu lil Ġesł f'nassa biex ineħħulu l-awtoritą morali.  Il-Papa Franġisku ħa spunt mill-Vanġelu tal-lum biex joffri katekeżi dwar is-sbuħija taż-żwieġ.  Il-fariżej, osserva l-Papa, imorru quddiem Ġesł bil-problema tad-divorzju.  L-istil tagħhom hu dejjem l-istess: il-każistika.  Dan hu leċitu jew le, staqsa l-Papa?  Dejjem il-każistika tal-anqas importanza.  Din hi n-nassa: wara l-każistika, wara l-ħsieb tal-każijiet, dejjem hemm moħbija nassa.  Dejjem!  Kontra l-bnedmin, kontrina u kontra Alla, dejjem!

 

Imma hu sewwa dan? Li tibgħat lill-mara?  U Ġesł wieġeb billi staqsiehom xi tgħid il-liġi filwaqt li spjegalhom għaliex Mosč kien għamilha hekk.  Imma ma jieqafx hemm: mill-każ imur lejn il-qofol tal-problema u minn hawn imur dritt lejn il-jiem tal-ħolqien.  Tant hu sabiħ dak ir-riferiment: Mill-bidu tal-Ħolqien, Alla għamilhom raġel u mara, għalhekk ir-raġel iħalli lil ommu u lil missieru, jingħaqad ma' martu u jsiru ħaġa waħda.  B'hekk ma jibqgħux tnejn imma jsiru ġisem wieħed.

 

Il-Mulej, żied il-Papa, jirreferi għall-kapulavur tal-ħolqien, jiġifieri r-raġel u l-mara.  U Alla ma riedx lir-raġel waħdu, riedu mas-sieħba tal-mixja tiegħu.  Il-Mulej, tenna l-Papa, dejjem jieħu l-ħsieb tak-każistika u jirreferih għall-bidu tar-rivelazzjoni.  Min-naħa l-oħra, kompla jispjega, dan il-kapulavur ta' Alla ma ntemmx hemmhekk, fil-jiem tal-ħolqien, għax il-Mulej għażel din l-ikona biex jispjega l-imħabba li Hu għandu lejn il-poplu tiegħu.  Sal-punt li meta l-poplu ma jibqgħax fidil Hu jkellmu bi kliem ta' mħabba.

 

Il-Mulej jieħu din l-imħabba tal-kapulavur tal-ħolqien biex jispjega l-imħabba li għandu lejn il-poplu tiegħu.  Hu pass aktar 'l hinn: meta Pawlu jkollu bżonn jisjega l-misteru ta' Kristu, jagħmel dan b'riferiment għall-Għarusa: għax Kristu hu Għarus, Kristu kien għarus, Kristu tgħarras mal-poplu tiegħu.

 

Hekk kif il-Missier kien tgħarras mal-Poplu ta' Iżrael, Kristu tgħarras lill-poplu tiegħu..  Din hi l-istorja tal-imħabba, din hi l-istorja tal-kapulavur tal-ħolqien!  U quddiem din il-mixja ta' mħabba l-każistika taqa' u ssir sofferenza.  Imma meta r-raġel jitlaq lil missieru u 'l ommu u jingħaqad ma' mara, jsiru ħaġa waħda u din l-imħabba tfalli, għax ħafna drabi tfalli,  jeħtieġ inħossu l-għafsa ta' qalb tal-falliment, nakkumpanjaw lil dawk il-persuni li sofrew dan il-falliment f'imħabbithom. Ma nikkundannawx! U ma msemmux il-każ tagħhom biex nispjegaw is-sitwazzjoni.

 

Meta wieħed jarqa dan, kompla jirrifletti l-Papa, jiftakar dwar dan  il-pjan ta' mħabba, din il-mixja ta' mħabba taż-żwieġ nisrani, li Alla bierek fil-kapulavur tal-ħolqien tiegħu.  Barka, żied jgħid Franġisku, li qatt ma tneħħiet.  Lanqas id-dnub oriġinali ma qeridha!

 

Allura, meta wieħed jaħseb dwar dan jifhem kemm hi sabiħa l-imħabba, kemm hu sabiħ iż-żwieġ, kemm hi sabiħa l-familja, kemm hi sabiħa din il-mixja u kemm, anki aħna, għandu jkollna mħabba u qrubija lejn ħutna li f'ħajjithom jiġrilhom id-diżgrazzja li l-imħabba tagħhom tfalli.

 

Imbagħad il-Papa, fuq it-tagħlim ta' San Pawl, enfasiżża s-sbuħija tal-imħabba ta' Kristu lejn l-Għarusa tiegħu, il-Knisja.  Anki hawn irridu noqgħodu attenti li l-imħabba ma tfallix!  Li nitkellmu dwar Kristu bħala għażeb: Kristu hu Għarus tal-Knisja!  U ma nistgħux nifhmu lil Kristu mingħajr il-Knisja daqskemm ma nistgħux nifhmu lill-Knisja mingħajr Kristu.  Dan hu l-kapulavur il-kbir tal-kreazzjoni.  Jalla l-Mulej itina lkoll il-grazzja li nifhmu dan u l-grazja li qatt ma naqgħu fl-atteġġjamenti tal-fariżej, tal-imgħallmin tal-liġi, temm il-Papa Franġisku.


 

Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta' Radju Marija, Rabat, Malta.