Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta

In-nisrani inkoerenti jagħti skandlu u l-iskandlu joqtol.

Il-Ħamis, 27 ta' Frar 2014

 

In-nisrani inkoerenti jagħti skandlu u l-iskandlu joqtol: stqarrija qawwija ħafna tal-Papa Franġisku fl-omelija ta' dalgħodu waqt il-quddiesa presjeduta fid-Dar Santa Marta

 

L-ispunt tal-omelija l-Papa ħadu mill-amminstrazzjoni tas-sagrament tal-Ġriżma li hu amministra waqt il-quddiesa.  Min jirċievi dan is-Sagrament, afferma l-Papa, juri r-rieda tiegħu li jkun nisrani.  Li tkun nisrani jfisser li tagħti xhieda ta' Ġesł Kristu, li tkun persuna li taħseb bħala nisrani, tħoss bħala nisrani u ġġib ruħek ta' nisrani.  Din hija l-koerenza tal-ħajja tan-nisrani.  Bniedem jista' jgħid li għandu l-fidi, osserva Franġsku, imma jekk ma jkollux dawn il-kwalitajiet, in-nisrani ma jkunx fih, ikun hemm xi ħaġa li mhix taħdem, hemm ċerta inoerenza.  U l-insara li  jgħixu regolarment ħajja inkoerenti jagħmlu tant ħsara.

Smajna x'qal l-Appostlu Ġakbu lil xi wħud li kienu inkoerenti, li kienu jiftaħru li huma nsara imma kienu jisfruttaw lill-impjegati tagħhom.  X'jgħidilhom?  Ekku, is-salarju tal-ħaddiema li għamlu l-hsad fl-għelieqi tagħkom u li intom ma ħallastuhomx jgħajjat, u l-protesti tal-ħassada waslu f'widnejn il-Mulej Omnipotenti.  Il-Mulej hu qawwi, u meta bniedem jisma' dan jista' jaħseb: dan hu kliem ta' xi komunista.  Le, le, dan qalu l-Appostlu Ġakbu!  Hija l-kelma tal-Mulej.  Hija l-inkoerenza. U meta l-koerenza nisranija tkun nieqsa u bniedem jgħix bl-inkoerenza, jsir skandlu.  Għalhekk l-insara li mhumiex koerenti jgaħtu skandlu.

 

Ġesł, kompla l-Papa, jitkellem b'mod iebes kontra l-iskandlu: min jiskandaliżża imqar wieħed minn dawn iż-żgħar li jemmnu fija, wieħed biss minn dawn ħuti li għandhom il-fidi, aħjar li jorbtulu ma' għonqu ġebla tat-tħin u jixħtuh il-baħar.

Nisrani inkoerenti jagħmel tant ħsara għax l-iskandlu joqtol.  Tant drabi, kompla l-Papa, smajna min jgħid: Padre, jiena nemmen f'Alla, imma mhux fil-Knisja, għax intom l-insara tgħidu ħaġa u tagħmlu oħra.  Jew inkella: jiena nemmen f'Alla imma mhux fikom minħabba l-inkoerenza.  Aħseb ftit, jekk issib ruħek quddiem ateju li jgħidlek li ma jemminx f'Alla, tista' taqralu bibjoteka sħiħa ta' kotba li jgħidu li Alla jeżisti u li jippruvaw li Alla jeżisti, u hu jibqa' xorta mingħajr fidi.  Imma jekk quddiem dan l-ateju inti tagħti xhieda tal-koerenza tal-ħajja nisranija, xi ħaġa tibda' taħdem f'qalbu.  Tkun propju x-xhieda tiegħek li twasslu għal dan it-tħassib li fuqu mbagħad jibda' jaħdem l-Ispirtu s-Santu.  Hija grazzja li lkoll kemm aħna, l-Knisja kollha, għandna nitolbu għaliha:  Mulej, għamilna koerenti.

 

Għalhekk, kompla l-Papa, jeħtieġ nitolbu għax biex ngħixu l-koerenza nisranija hu meħtieġ it-talb, għax il-koerenza nisranija hija rigal ta' Alla u rridu nitolbuh itihulna.  Mulej, agħmilni koerenti!  Mulej agħmel li qatt ma nagħti skandlu, li nkun persuna li taħseb bħala nisrani, li tħossha nisranija, li ġġib ruħha ta' nisranija.  U meta naqgħu minħabba d-djgħufija tagħna, nitolbu maħfra.  Aħna lkoll midinbin, temm jgħid il-Papa, imma lkoll aħna kapaċi li nitolbu l-maħfra.  U Hu qatt ma jgħeja jaħfer!  Ikollna l-umiltą li nitolbu maħfra: Mulej, ma kontx koerenti hawn, aħfirli!

 

Nimxu 'l quddiem fil-ħajja bil-koerenza nisranija, bix-xhieda ta' min jemmen f'Ġesł Kristu, li jaf li hu midneb imma li għandu l-kuraġġ li jitlob maħfra meta jiżbalja u li jibża' ħafna li jagħti skandlu.  Jalla l-Mulej jagħtina lkoll din il-grazzja, qal il-Papa Franġisku.


 

Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta' Radju Marija, Rabat, Malta.