Omelija tal-Papa Franisku

Ġenerożità fl-umiltà

Il-Ħamis, 25 ta’ April 2013

 

Ġenerożità fl-umiltà. Dan huwa l-istil  ta’ ħajja tan-nisrani li jrid tassew ikun ix-xhud tal-vanġelu sal-orizzonti tat-trufijiet tad-dinja. Il-kontorni ta’ dan il-mod li tkunu “missjunarji fil-Knisja” kienu trattati mill-Papa Franġisku, dalfgħodu, il-Ħamis 25 ta’ April, waqt l-issa solita ċelebrazzjoni tal-quddiesa fil-kappella tad-Domus Sanctae Marthae.

Bħal dejjem il-Papa ikkummenta l-qari tal-jum, meħudin mill-ewwel ittra ta’ San Pietru (5, 5-14) u mill-vanġelu ta’ Marku (16, 15-20). “Ġesù, qabel ma telà s-sema, jibgħat kollox lid-dinja” fetaħ id-diskors tiegħu. Imbagħad sostna l-universalità tal-missjoni tal-Knisja, waqt li rrimarka l-fatt li Ġesù ma jgħidx lill-appostli biex imorru Ġerusalem jew fil-Galilea, imma jibgħathom fid-dinja kollha. Hekk. Huwa jiftaħ orizzonti kbar. Minn dan nistgħu nifhmu il-vera dimensjoni tal-“missjonarjetà tal-Knisja,” li tibqà għaddejja tippriedka “lid-dinja kollha. Imma - wissa l-Papa - ma tkomplix timxi weħedha; timxi flimkien ma’ Ġesù.”

Mela l-appostli telqu u ppridkaw ma’ kullimkien. “Imma l-Mulej - ippreċiża - kien jaġixxi flimkien magħhom. Il-Mulej jaħdem ma’ dawk kollha li jippriedkaw il-Vanġelu. Din hija l-ġenerożità li għandu jkollhom l-insara. Nisrani beżżiegħ dan ma jifhmux. In il-ġenerożità hija propja l-vokazzjoni nisranija: dejjem iktar, dejjem iktar, dejjem iktar; dejjem ‘il quddiem.”

Madankollu - wissa - tistà wkoll isseħħ xi ħaġa “li ma tantx hija nisranija.” F’dak il-każ, “kif għandna nkomplu mexjin ‘il quddiem? Liema huwa l-istil li jrid Ġesù għad-dixxipli tiegħu fil-predikazzjoni tal-Vanġelu, f’din il-missjonarjetà? Staqsa l-Papa. U ndika t-tweġiba fit-test ta’ San Pietru, li “jispjegalna ftit jew wisq dan l-istil: ‘Għeżież erġgħu ilbsu l-umiltà, lejn xulxin, għaliex Alla jirreżisti s-suppervi imma jagħti grazzja lill-umli.’ L-istil tal-prewdikazzjoni evanġelika jimxi fuq dan l-atteġġjament, l-umiltà, is-servizz, il-karità, l-imħabba fraterna.”

Il-Papa immaġina l-objezzjoni possibbli ta’ nisrani quddiem il-Mulej li jipproponi dan l-istil: “ ‘ Imma Mulej, hemm bżonn li aħna nirbħu id-dinja!’” U wera x’hemm żbaljat f’dan l-atteġġjament: “Din il-kelma, ‘nirbħu’, mhix flokha. Aħna hemm bżonn li nipprigkaw fid-dinja. In-nisrani m’għandux ikun bħas-suldati li meta jirbħu l-battalja jikinsu kull ma jsibu quddiemhom.”

Hawnhekk il-Papa Franġisku għamel riferiment għal test medjoevali li fih hemm irrakkuntat li l-insara wara li kienu rebħu l-battalja u akkwistaw il-belt, poġġew f’ringiela lill-pagani u skjerawhom bejn il-battisteru u x-xabla, waqt li mponewlhom l-għażla: l-ilma, jiġifieri l-Magħmudija, jew l-arma, jiġifieri l-mewt. U saħaq: “Dan mhux l-istil tan-nisrani. L-istil tiegħu huwa dak ta’ Ġesù, umli.”

In-nisrani - spjega - “jippriedka, ixandar il-Vanġelu bix-xhieda tiegħu iktar milli bil-kliem. Kien qed jgħidli isqof għaref, tal-Italja, ftit jiem ilu: ‘Kultant aħna noħolqu konfużjoni u naħsbu li l-predikazzjoni evanġelika tagħna għandha tkun salus idearum  u mhux salus animarum, is-saħħa tal-ideat u mhux is-saħħa tal-erwieħ. Imma kif naslu għas-saħħa tal-erwieħ? Bl-umilt!, bil-karità. San Tumas għandu sentenza tassew sabiħa dwar dan: ‘Hija bħal donnok tmur lejn orizzont li ma jispiċċa qatt għaliex huwa dejjem orizzont.’ U allura kif tipproċedi b’dan l-atteġġjament nisrani? Hu jgħid la tibżgħux mill-affarijiet il-kbar. Imxu ‘l quddiem, waqt li tagħtu każ ukoll tal-affarijiet iż-żgħar. Dan huwa divin. Huwa bħal tensjoni bejn il-kbir u ż-żgħir; it-tnejn flimkien, dan huwa nisrani. Il-missjonarjetà nisranija, il-predikazzjoni tal-Vanġelu tal-Knisja, tgħaddi minn din it-triq.”

Il-konferma tinsab propju fil-Vanġelu ta’ Marku. Il-Papa nnota: “Ma tistax tipproċedi b’mod ieħor. U fil-Vanġelu, fl-aħħar, hemm sentenza tassew sabiħa meta jgħid li Ġesù kien jaġixxi flimkien mqagħhom u ‘kien iwettaq il-kelma bis-sinjali li kienu jakkumpanjawhom.’ Meta aħna nmorru b’din il-ġenerożità kif ukoll b’din l-umiltà, meta aħna ma nitwerwrux bl-affarijiet il-kbar, minn dan l-orizzont, immna naħtfu wkoll l-affarijiet iż-żgħar bl-umiltà u l-karità ta’ kuljum, il-Mulej iwettaq il-Kelma u navanzaw. It-trijonf tal-Knisja huwa l-qawmien mill-imwiet ta’ Ġesù. Qabel, iżda, hemm is-salib.”

“Nitolbu illum lill-Mulej - temm jgħid il-Papa - li nsiru missjunarji fil-Knisja, appostli fil-Knisja imma b’dan l-ispirtu: ġenerożità kbir u wkoll umiltà kbira.”

 

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.