Omelija tal-Papa Franġisku minn DarSanta Marta Għaliex tmur fit-tempju Il-Ġimgħa, 22 ta’ Novembru 2013 It-tempju jeżisti «biex tadura il Alla». U propju għalhekk huwa «punt ta’ riferiment tal-komunità», magħmula minn persuni li huma huma stess «tempju spiritwali fejn jgħammar l-Ispirtu Santu». Din hija meditazzjoni fuq «il-veru sens tat-tempju» dik proposta mill-Papa Franġisku fl-omrlija tal-quddiesa ċċelebrata dalgħodu, il-Ġimgħa 22 ta’ Novembru fil-Kappella tad-Dar Santa Marta. Bħas-soltu r-riflessjoni tal-Papa ħadet spinta mill-liturġija tal-Kelma, b’mod partikulari mis-silta meħuda mill-ewwel Ktieb tal-Makkabej (4, 36-37. 52-59) — li titkellem dwar ir-rikonsagrazzjoni tat-tempju mwettqa minn Ġuda — u mis-silta evanġelika ta’ Luqa li tirrakkonta it-tkeċċija tal-bejjiegħa mit-tempju (19, 45-48). Dik ta’ Ġuda l-Makkabew — huwa spjega — ma kinitx l-ewwel rikonsagrazzjoni u purifikazzjoni tat-tempju, li fil-viċissitudni tal-istorja, kien ukoll «meqrud» tul il-gwerer tant li «niftakru meta Nehemija jwettaq ir-rikostruzzjoni tat-tempju». U hekk Ġuda l-Makkabew, wara r-rebħa, jaħseb dwar it-tempju: «Hekkhu, ġew megħluba l-għedewwa tagħna: inmorru nippurifikaw is-santwarju u nirrikonsagrawh». Purifikazzjoni u rikonsagrazzjoni meħtieġa «għaliex il-pagani kienu użaw it-tempju għall-kult tagħhom». Mela allura «kien hemm bżonn li jippurifikawh, jirrikonsagrawh». Għall-Papa Franġisku il-messaġġ huwa profond «huwa tant importanti: it-tempju bħala post ta’ riferiment tal-komunità, post ta’ riferiment tal-poplu ta’ Alla». U f’din il-prospettiva l-Papa reġà ta wkoll il-ħajja «lir-rotta tat-tempju fl-istorja», li «tibda bl-arka; imbagħad Salamun li jagħmel il-bini tiegħu; imbagħad isir tempju ħaj: Ġesù Kristu it-tempju. U jintemm fil-glorja, fil-Ġerusalem ċelesti ivo: Gesù Cristo il tempio. E finirà nella gloria, nella Gerusalemme celesti». «Tirrikonsagra t-tempju għaliex hemm tingħata glorja lil Alla» hija għalhekk is-sens essenzjali tal-ġest ta’ Ġuda l-Makkabew, propju għaliex «it-tempju huwa l-post fejn il-komunità tmur titlob, tfaħħar lill-Mulej, biex tiżżi ħajr, imma fuq kollox biex tadura». Infatti «fit-tempju tadura lill-Mulej. Dan huwa l-iktar punt importanti» enfasizza l-Papa. U din il-verità tgħodd għal kull tempju u għal kull ċerimonja liturġika, fejn dak li «huwa l-iktar importanti huwa l-adorazzjoni» u mhux «l-innijiet u r-riti», għalkemm huma sbieħ. «Il-komunità kollha miġbura — huwa spjega — tħares lejn l-altar fejn jiġi ċċelebrat is-sagrifiċċju u tadura. Imma jiena nemmen, u umilment ngħidu, li aħna l-insara jistà jkun li tlifna ftit mis-sens tal-adorazzjoni. U naħsbu: inmorru fit-tempju, niltaqgħu bħala aħwa, u huwa tajjeb, huwa sabiħ. Imma ċ-ċentru huwa hemm fewjn huwa Alla. U aħna naduraw lil Alla». Il-Papa Franġisku allura stieden biex tinħataf l-okkażjoni biex nerġgħu naħsbu dwar l-atteġġjament li għandna nżommu: «It-tempji tagħna — huwa staqsa — huma postijiet ta’ adorazzjoni? Jiffavorixxu l-adorazzjoni?». Ġuda l-Makkabew u l-poplu «kellhom iż-żelu għat tempju ta’ Alla għaliex huwa d-dar ta’ Alla, l-għamara ta’ Alla. U huma kienu jmorru flimkien biex hemm isibu lil Alla, biex jaduraw». Bħal ma jirrakkonta l-Evanġelista Luqa, «Ġesù wkoll jippurifika t-tempju». Imma dan jagħmlu bil- «frusta f’idu». Jerħilha jkeċċi «l-atteġġjamenti pagani, f’dan il-każ tal-bejjiegħa u s-sarrafa li kienu jbigħu u kien bidlu t-tempju f’negozji żgħar biex ibigħu, biex isarrfu l-flus u l-muniti barranin». Ġesù jippurifika t-tempju waqt li jwissi: «Hemm miktub: dari għandha tkun dar it-talb» u «mhux ta’ xi ħaġ’oħra. It-tempju huwa post sagru. U aħna hemm bżonn li nidħlu hemm bil-qima u r-rispett li jwassluna għall-adorazzjoni. Mhemm ebda ħaġa oħra». Barra minn dan, kompla l-Papa, «San Pawl jgħidilna li aħna tempji tal-Ispirtu Santu: jien tempju, l-ispirtu ta’ Alla jinsab fija. U wkoll jgħidilna: la tnikktux l-ispirtu tal-Mulej li jinsab fina». F’dan il-każ, huwa ppreċiża, nistgħu nitkellmu dwar «speċi ta’ adorazzjoni, li hija l-qalb li tfittex l-ispirtu tal-Mulej ġewwa fik. U taf li Alla jinsab fik, li l-Ispirtu Santu huwa fik u jismà u jsegwik. Aħna wkoll — saħaq — hemm bżonn li nippurifikaw lilna nfusna bit-talb, bis-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni, bl-Ewkaristija». U hekk, spjega l-Qdusija Tiegħu, «f’dawn iż-żewġ tempji — it-tempju materjali post ta’ adorazzjoni u t-tempju spiritwali ġewwa fija, fejn jabita l-Ispirtu Santu — l-atteġġjament tagħna għandha tkun il-ħniena li tadura u tismà; li titlob u titlob maħfra; li tfaħħar lill-Mulej». E «meta nitkellmu dwar il-ferħ tat-tempju, nitkellmu dwar dan: il-komunità kollha fl-adorazzjoni, fit-talb, fir-rendiment tal-grazzja, fit-tifir. Jien fit-talb mal-Mulej li jinsab ġo fija, għaliex jiena tempju; fis-smigħ; fid-disponibiltà». Il-Papa Franġisku kkonkluda l-omelija billi stieden għat-talb għaliex «il-Mulej jippermetti dan is-sens veru tat-tempju biex ikun jistà javanza f’ħajjitna ta’ adorazzjoni u ta’ smigħ tal-kelma ta’ Alla». Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.
|