Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta

Ir-Randan hu żmien li matulu nirranġaw ħajjitna u nersqu lejn il-Mulej. 

It-Tlieta, 18 ta' Marzu 2014

 

Ir-Randan hu żmien li matulu nirranġaw ħajjitna u nersqu lejn il-Mulej.  Dan qalu l-Papa Franġisku waqt il-quddiesa fid-Dar Santa Marta dalgħodu.  Il-Papa wissa li ħadd m'għandu jħossu superjuri għall-oħrajn.  Wissa ukoll li l-ipokriti jilbsu ta' nagħaġ u ma jifhmux li ħadd mhu ġust minnu nnnifsu, ilkoll kemm aħna neħtieġu l-ġustifikazzjoni.

 

Konverżjoni: il-Papa Franġisku beda l-omelija billi qal li l-qofol tar-Randan hija din il-kelma.  Dan hu ż-żmien tajjeb biex nersqu lejn Ġesł.  Hu u jikkummenta dwar l-ewwel qari tal-liturġija tallum, meħud mill-ktieb ta' Iżaija, innota li l-Mulej isejjaħ għall-konverżjoni żewġt ibliet midinba: Sodoma u Gomorra.  Dan ifisser, kompla jgħid, li lkoll għandna bżonn inbiddlu ħajjitna, li nħarsu sew lejn ruħna fejn dejjem se nsibu xi ħaġa.

 

Għalhekk ir-Randan hu propju dan: li nirranġaw ħajjitna billi nersqu lejn il-Mulej.  Hu, żied il-Papa, jridna qrib tiegħu u jiżgurana li qed jistenniena biex jaħfrilna.  Madnakollu, kompla jwissi, il-Mulej irid li nersqu lejH bis-sinċeritą u jwiddibna biex ma nkunux ipokriti.

 

X'jagħmlu l-ipokriti?  Ixiddu libsa, libsa ta' nies twajba u jagħmlu wiċċ ta' qaddisin, meta jitolbu jħarsu lejn is-sema biex jidhru, iħossuhom aktar ġusti mill-oħrajn, jiddisprezzaw lill-oħrajn.  Jgħidu: jien Kattoliku ħafna għax zijuwi kien benefattur kbir, il-familja tiegħi hija... Jien ukoll.....  tgħallimt... naf lit-tali isqof, lit-tali kardinal, lill-patri..... Jien..... Iħossuhom aħjar mill-oħrajn.  Din hi l-ipokrisija.  Il-Mulej jgħid: Le, dak le.  Ħadd mhu ġust minnu nnifsu.  Ilkoll neħtieġu l-ġustifikazzjoni.  U l-uniku wieħed li jiġġustifikana huwa Ġesł Kristu.

 

Għaldaqstant, żied jgħid il-Papa, irridu nersqu lejn il-Mulej biex ma nkunux insara foloz, li meta tinkixef din l-apparenza, tidher ir-realtą, li ma nkunux verament insara.  Allura liema hi l-ġebla tal-paragun li biha ma nkunux ipokriti u nersqu lejn il-Mulej?  It-tweġiba, enfasiżża l-Papa, itihilna l-Mulej fl-ewwel qari meta jgħid: Inħaslu, ippurifikaw ruħkom, begħedu minn għajnejja l-ħażen tagħkom, ieqfu għamlu l-ħażin, tgħallmu għamlu t-tajjeb.  Din hi l-istedina.  Imma, staqsa Franġisku, liema hu s-sinjal li jurina li mixjin fit-triq it-tajba?

 

Għin lill-magħkus, għamel ġustizzja mal-orfni, iddefendi l-kawża tal-armla.  Ħu ħsieb il-proxxmu: il-marid, il-fqir, dak li hu fil-bżonn, l-injorant.  Din hi l-ġebla tal-paragun.  L-ipokriti ma jafux jagħmluh dan, ma jistgħux, għax tant huma mimlijin bihom infushom li għandhom għamad biex iħarsu lejn l-oħrajn.  Meta wieħed jimxi ftit u jersaq qrib il-Mulej, id-dawl tal-Mulej jurih dawn l-affarijiet u hu jersaq lejn ħutu.  Dan hu s-sinjal, is-sinjal tal-konverżjoni.

 

Ċertament din mhix il-konverżjoni kollha.  Infatti l-konverżjoni sħiħa hija l-laqgħa ma' Ġesł Kristu u s-sinjal li aħna ma' Ġesł Kristu huwa dan: induru b'ħutna, dawk l-aktar foqra, bil-morda, kif jgħallimna l-Mulej u kif naqraw fil-kapitlu 25 tal-Vanġelu ta' San Mattew.

 

Ir-Randan jiġi biex nirranġaw ħajjitna, inqiegħduha f'postha, nibdluha, biex nersqu lejn il-Mulej.  Is-sinjal li aħna bogħod mill-Mulej hu l-ipokrisija.  L-ipokrita m'għandux bżonn lill-Mulej, isalva lilu nnifsu... hekk jaħseb, u jxidd il-libsa tal-qdusija.

 

Is-sinjal li aħna qrobna lejn il-Mulej bil-penitenza, bit-talb għall-maħfra hu, li aħna nieħdu ħsieb ħutna li huma fil-bżonn.  Jalla l-Mulej itina lkoll id-dawl u l-kuraġġ: id-dawl biex nagħrfu x'qed jiġri ġewwa fina u l-kuraġġ biex nikkonvertu, biex nersqu lejn il-Mulej.  Kemm hu sabiħ li tkun qrib il-Mulej, temm il-Papa Franġisku.


Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta' Radju Marija, Rabat, Malta.