Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta

L-iskandli fil-Knisja jsiru ghax m’hemmx rapport haj ma’ Alla u mal-Kelma tieghu. 

Il-Ħamis, 16 ta’ Jannar 2014

L-iskandli fil-Knisja jsiru ghax m’hemmx rapport haj ma’ Alla u mal-Kelma tieghu.  Dan affermah il-Papa Frangisku fl-omelija ta’ dalghodu waqt il-quddiesa li ppresjieda fid-Dar Santa Marta.

Fil-kumment dwar il-qari tal-gurnata u s-salm responsorjali li jirrakkuntaw it-telfa kbira li l-poplu ta’ Izrael sofra minn idejn il-Filistej, il-Papa osserva li l-Poplu t’Alla, f’dak iz-zmien, kien abbanduna lill-Mulej.  Kien jinghad li l-Kelma t’Alla kienet haga rari f’dak iz-zmien.  Ix-xwejjah sacerdot Eli kien biered u uliedu korrotti, ibezzghu n-nies u kienu jahqruhom.

Biex jiggieldu kontra l-Filistej, l-Izraeliti juzaw l-Arka tal-Patt qiesha xi haga magika, haga barranija.  U jipiccaw telliefa filwaqt li l-ghedewwa jehdulhom l-arka.  Mhemmx fidi vera f’Alla, fil-prezrnza reali tieghu fil-hajja: dan il-pass tal-Iskrittura jgeghelna nahsbu dwar kif inhu r-rapport taghna ma’ Alla, mal-Kelma t’Alla.  Huwa rapport formali?  Hu rapport imbieghed?  Il-Kelma t’Alla tidhol fi qlubna, ghandha dik is-setgha li tibdlilna qalbna, ghandha dik is-setgha jew le?  Hu rapport formali u kollox sew?

Imma qlubna maghluqin ghal dik il-Kelma!  Dan igeghelna niftakru f’tant telfiet li ggarrab il-Knisja, f’tant telfiet ghall-poplu t’Alla sempliciment ghax ma jhossx lill-Mulej, ma jhallix lill-Mulej ifittxu!  U wara t-tragedja t-talba tkun din: Imma Mulej, x’gara?  Int ghamiltna disprezz tal-qraba taghna, il-moghdija taz-zmienu z-zuffjett ta’ min hu madwarna.  Ghamiltna hrafa tal-bnedmin u meta jarawna, il-popli jxenglu rashom.

 

Il-Papa ghadda biex jitkellem dwar l-iskandli tal-Knisja u qal:Imma ahna veru nisthu?  Tant skandli li ma rridix insemmihom wiehed wiehed imma lkoll nafu xinhuma…… il-misthija tal-Knisja!

Imma sthajna minhabba dawk l-iskandli, minhabba dawk it-telfiet imgarrba minhabba sacerdoti, isqfijiet, lajci?  Il-Kelma t’Alla f’dawk l-iskandli kienet haga rari: f’dawk l-irgiel u nisa l-Kelma t’Alla kienet rari!  Ma kellhomx rabta ma’ Alla!  Kellhom pozizzjoni fil-Knisja, anki wahda komda.  Imma l-Kelma t’Alla, le!

Jiena ghandi medalja, jien ghandi salib….. iva, bhal dawk li kienu jgorru l-arka!  Minghajr rapport haj ma’ Alla u mal-Kelma tieghu!  Tigini f’mohhi l-Kelma ta’ Gesu’ lil dawk li jaghtu l-iskandli…   

U hawn l-iskandlu wasal: hija dekadenza tal-poplu t’Alla, sad-djghufija, sal-korruzzjoni tas-sacerdoti.

 

Il-Papa temm l-omelija bi hsieb dwar il-poplu t’Alla: Imsejknin, imsejknin!  Ma ntuhomx jieklu l-hobz tal-hajja.  F’dak il-kaz ma ntuhomx jieklu l-verita!  U minflok, tant drabi, intuhom jieklu ikel avvelenat!

Qum Mulej, ghax ghadek rieqed!  Din ghandha tkun it-talba taghna!  Qum!  Tirrifjutaniex ghal dejjem!  Ghaliex qed tahbi wiccek?  Ghaliex qed tinsa’ l-mizerji u l-oppressjoni taghna?  

Nitolbu lill-Mulej biex ma ninsew qatt il-Kelma t’Alla li hi hajja, biex tidhol fi qlubna u ma ninsew qatt lill-poplu fidil t’Alla, li jitlob minna ikel san!

 

Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta' Radju Marija, Rabat, Malta.