Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta

Is-Saltna t’Alla tikber fis-satra, mhix spettaklu

Il-Ġimgħa, 14  ta' Novembru 2014

 

L-azzjoni ghandha hafna aktar effett mill-paroli specjalment meta nkunu nghaddu l-fidi lil uliedna u liz-zghazagh, illum nghidulhom “il-generazzjoni digitali”.  Jekk irridu nghinuhom biex ikollhom esperjenza tal-verita’ u tal-imhabba, ahna l-adulti ghandna ntuhom ezempju tajjeb.

Illum kienet celebrazzjoni specjali hafna fil-kappella tad-Dar Santa Marta ghax il-bankijiet kienu mimlijin tfal minn parrocca Rumana.  Wara xi ftit tal-misthija, it-tfal malajr ghelbu lilhom infushom u bdew sessjoni ta’ mistoqsijiet u twegibiet mal-Papa Frangisku.  F’kumment li ghamel, il-Papa qal li meta thares lejhom tkun qed tara weghda li ghad trid titwettaq, id-dinja li ghad trid tasal.

Imbaghad il-Papa staqsa:x’dinja se nhallu lill-generazzjonijiet futuri?

Se nghallmuhom dak li smajna fl-ewwel qari: biex jimxu fl-imhabba u l-verita’?  Jew se nghallmuhom hafna kliem u mbaghad inhallu hajjitna tiehu direzzjoni ohra?  Imma r-responsabbilta’ ta’ dawn it-tfal taqa’ fuq spallejna!  In-nisrani obbligat jiehu hsieb it-tfal, liz-zghar, u jghaddilhom il-fidi li hu jghix, dak li ghandu f’qalbu.  Ma nistghux ninjoraw dawn il-pjanti zghar li qed jikbru.

Il-Papa Frangisku qal li kollox jiddependi milli ahna jkollna l-attitudni korretta lejn it-tfal.  “X’inhi l-attitudni tieghi?” staqsa l-Papa.  Hija l-attitudni ta’ ahwa, ta’ missier, ta omm, li tghinhom jikbru jew hi attitudni distakkata,… huma jikbru u jien nghix hajti….?

“Ilkoll ghandna r-responsabbilta’ li naghtu l-ahjar taghna jigifieri l-fidi: intuhielhom imma bl-ezempju!  Il-kliem biss hu haga vojta…… fid-dinja tal-lum ossessjonata bl-immagni, fejn kulhadd ghandu l-mowbajl, il-kliem ma jiswa’ xejn.  L-ezempju!  L-ezempju!  X’se ntuhom?

F’dal-punt tal-omelija l-Papa Frangisku beda jistaqsi lit-tfal ghaliex kienu gew ghall-quddiesa u b’hekk beda konverzazzjoni spontanja maghhom.  Ghadda ftit hin sakemm l-ewwel tifel sab il-kuragg u qal: biex naraw lilek.  Il-Papa wiegbu: “anki jien qed niehu gost nara lilkom!”

Imbaghad beda jaghmel msitoqsijiet lit-tfal li diga’ ghamlu l-Ewwel Tqarbina, il-Konfermazzjoni u qalilhom li hu s-Sagrament tal-Maghmudjia li jiftah il-bieb ghall-hajja nisranija, u immedjatament wara jibda l-vjagg li jibqa’ sejjer tul il-hajja kollha.

L-istess vjagg li San Gwann jirrakkonta fl-ittra li nqrat fl-ewwel qari: “Mixja fil-verita’ u fl-imhabba”.  Aktar tard matul dal-vjagg, zied jghidilhom il-Papa, jaslu Sagramenti ohra bhalma hu z-zwieg.  Imma, irrepeta l-Papa Frangisku, hu importanti wiehed ikun jaf kif jghix dan il-vjagg, li jkun jaf kif jgix hajtu bhal Gesu’.

F’dawn is-Sagramenti, ha nistaqsikom haga, it-talb huwa Sagrament?  Ghajtu… Le!  Hux hekk?  It-talb mhux Sagrament, imma jehtigilna nitolbu.  Tafu li tridu titolbu?Tajjeb, tajjeb.. Iva!  Itolbu lill-Mulej, itolbu lil Gesu’, itolbu lil Marija biex jghinuna f’dan il-vjagg ta’ verita’ u mhabba.  Qieghdin tifhmu?

Intom gejtu tarawni, min qalha din?  Int?  Imma wkoll biex taraw lil Gesu’, tajjeb?  Jew lil Gesu’ nhalluh barra?  It-tfal wiegbu “le!”.  Issa Gesu’, zied jghid il-Qdusija Tieghu, qieghed fuq l-altar u se narawh, ikoll kemm ahna!  Gesu’!  Ezattament bhalissa rridu nitolbu lil Gesu’ jghallimna nimxu fil-verita’ u fl-imhabba.

Ejjew nghiduha flimkien: Nimxu fil-verita’ u fl-imhabba, ghajtu flimkien mal-Papa t-tfal fil-kappella tad-Dar Santa Marta.


Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta' Radju Marija, Rabat, Malta.