Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta

Bniedem li jemmen jista' jitlef il-fidi minħabba l-passjonijiet u l-vanitą filwaqt li pagan jista' jibda' jemmen jekk ikun umli.

Il-Ħamis, 13 ta' Frar 2014

 

Bniedem li jemmen jista' jitlef il-fidi minħabba l-passjonijiet u l-vanitą filwaqt li pagan jista' jibda' jemmen jekk ikun umli.  Dan hu l-ħsieb ewlieni tal-omelija li għamel il-Papa Franġisku dalgħodu waqt il-quddiesa fid-Dar Santa Marta

Il-qari tallum iġiegħelna nirriflettu fuq żewġ mixjiet: mill-idolatrija lejn Alla l-ħaj u, bil-maqlub, minn Alla l-ħaj lejn l-idolatrija.

 

Il-meditazzjoni tal-Papa bdiet mill-qari tal-Vanġelu li fih naraw lill-mara kuraġġuża, minn Kana, jiġifieri bniedma pagana, li titlob lil Ġesł jeħles lil bintha mix-xitan li hemm fiha.  Hija omm iddisprata, ikkummenta l-Papa Franġisku, hija omm li għas-saħħa ta' bintha tagħmel kollox.  Ġesł jispjegalha li hu ġie l-ewwel u qabel kollox għan-nagħaġ tad-dar ta' Iżrael u dan jgħidulha b'lingwaġġ iebes: ħalli l-ulied jixbgħu l-ewwel għax mhux sew li tieħu ħobż tal-ulied biex tagħtih lill-klieb.

 

Dil-mara, li żgur ma kinitx marret l-universitą, kompla jgħid il-Papa, kienet taf twieġeb. U ma weġbitx bl-intelliġenza imma bit-tqanqil ta' omm, bl-imħabba:  Imma anki l-klieb jieklu dak li jaqa' minn fuq il-mejda; agħtini ftit minn dal-frak!  Dil-mara, spjega l-Papa, ma stħatx u minħabba l-fidi tagħha Ġesł jagħmel il-miraklu li riedet.

 

Hi kienet irriskjat li taqta figura ħażina, imma baqgħet tinsisti, u mill-paganiżmu, mill-idolatrij, tat lura s-saħħa lil bintha u personalment, sabet lil Alla l-ħaj.  Din hi l-mixja ta' persuna ta' rieda tajba: min ifittex lil Alla, jsibu.  Il-Mulej iberikha.  Dawn in-nies jagħmlu din il-mixja u l-Mulej jistennihom!  Imma hu l-iSpirtu s-Santu li jmexxihom f'din it-triq.  Kuljum, fil-Knisja tal-Mulej ikun hemm nies li jagħmlu din il-mixja, fis-skiet, biex isibu lill-Mulej, li jħallu lill-Ispirtu s-Santu jmexxihom.

 

Iżda hemm ukoll mixja bil-maqlub ta' dan, osserva Franġiku, dik ta' Salamun kif naqraw fl-ewwel qari.  Salamun kien l-aktar bniedem għaref tad-dinja, kien irċieva mingħand Alla barkiet kbar, kellu fama universali u setgħa sħiħa, kien jemmen f'Alla.  Imma x'ġara?  Kienu jogħġbuh in-nisa u kellu ħafna konkubini pagani li wassluh biex jgħawweġ it-triq u jimxi wara allat oħra.  B'hekk hu daħħal l-idoli f'Iżrael.  U dawn in-nisa, naqra naqra, dgħajjfu l-qalb ta' Salamun.  Qalbu ma baqgħetx sħiħa mal-Mulej, bħall-qalb ta' missieru David.

 

Qalbu ddgħajfet tant li tilef il-fidi, tilef il-fidi.  L-aktar bniedem għaref ħalla lilu nnifsu jitkaxkar minħabba mħabba zienja, ħalla lilu nnifsu jitmexxa mill-passjonijiet tiegħu.  Imma, tgħiduli: Padre, ma tilifx il-fidi, kien jemmen f'Alla u kien jaf il-Bibbja bl-amment!  Minnu dan, imma li jkollok il-fidi ma jfissirx li tkun taf tgħid il-Kredu.  Tista' tgħid il-Kredu imma tkun tlift il-fidi.

 

Salamun, kompla l-Papa, kien midneb bħal missieru David.  Imma baqa' miexi u minn midneb inbidel u sar korrott.  Qalbu kienet korrotta minħabba din l-idolatrija.  Missieru kien midneb, imma l-Mulej ħafirlu dnubietu kollha għax kien umli u talab maħfra.  Iżda Salamun, li kien tant għaref, inġarr mill-passjonijiet u l-korruzzjoni tiegħu.  Għax hu propju fil-qalb li bniedem jitlef il-fidi.

 

Iż-żerriegħa tal-ħażen tal-passjonijiet nibtet f'qalb Salamun u wasslitu għall-idolatrija.  U smajna wkoll, wara l-ewwel qari, fl-Alleluja, dan il-parir sabiħ: Ilqgħu il-Kelma bl-umiltą, bil-ħlewwa, il-Kelma li nżergħet fikom tista' twassalkom għas-salvazzjoni.

 

Ejjew nagħmlu tagħna l-mixja tal-mara Kananea, dik il-mara pagana, u nilqgħu il-Kelma t'Alla li nżergħet fina u li se twassalna għas-salvazzjoni.  Jalla l-Kelma qawwija ta' Alla, tħarisna f'din it-triq u ma tħallix li aħna naqgħu fil-korruzzjoni li tmexxina lejn l-idolatrija, temm il-Papa.

 


Mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta' Radju Marija, Rabat, Malta.