Stampa t-test kollu >

Il-Papa Franġisku minn Dar Santa Marta

Kemm jagħmlu ħsara lill-Knisja s-saċerdoti li jdellku!

Is-Sibt,11 ta’ Jannar 2014

Aħna magħqudin bis-saħħa tal-Ispirtu u meta saċerdot jitbiegħed minn Ġesù Kristu jista’ jiltef id-dilka.  F’ħajtu le, għax essenzjament id-dilka tibqa’ fih….. imma jitlifha.  U minfolk midluk jispiċċa biex ikun idellek.  Kemm jagħmlu ħsara lill-Knisja s-saċerdoti li jdellku!  Dawk li jqiegħdu l-enerġija tagħhom fl-affarijiet artifiċjali, fil-vanita’, f’atteġġjament u f’lingwaġġ superfiċjali....  Kemm-il darba, b’għafsa ta’ qalb, nisimgħu min jgħid:  Das-saċerdot qiesu farfett!..... għax moħħu dejjem fil-vanita’… Dan m’għandux rapport tajjeb ma’ Ġesù Kristu, tilef id-dilka u sar idellek!

Aħna s-saċerdoti għandna ħafna limiti: ilkoll aħna midinbin.  Imma jekk immorru għand Ġesù Kristu, jekk infittxu lill-Mulej bit-talb – it-talb ta’ interċessjoni, it-talb tal-adorazzjoni – inkunu saċerdoti tajbin minkejja li midinbin.  Imma jekk nitbegħedu minn Ġesù Kristu, ikun jeħtieġ li nikkompensaw  dan b’atteġġjamenti oħra.  B’hekk jinħolqu dawn il-figuri… anki s-saċerdot-neguzjant, is-saċerdot imprenditur……  Imma s-saċerdot li jadura lil Ġesù Kristu, is-saċerdot li jqim lil Ġesù Kristu, is-saċerdot li jitkellem ma’ Ġesù Kristu, is-saċerdot li jfittex lil Ġesù Kristu u jħalli lil Kristu jfittex lilu: dan hu ċ-ċentru ta’ ħajjitna. Jekk dan ikun nieqes, nitilfu kollox,  Imbagħad x’nagħtuhom lin-nies?

Imma kemm hu sabiħ issib saċerdoti li taw ħajjithom bis-serjeta’ għall-vokazzjoni tagħhom u li dwarhom in-nies tgħid: veru li għandu karattru ikrah, għandu dik u għandu l-oħra… imma hu saċerdot!  U n-nies ixommu mill-bogħod!  Minflok, meta n-nies tara lis-saċerdoti, biex ngħidu hekk, idolatri, li minflok lil Ġesù għandhom ħafna idoli zgħar….. zgħar…. dawk devoti ta’ “alla Narċiżu”, …. meta n-nies jaraw lil dawn, in-nies jgħidu: miskin! 

Imma dak li jeħlisna mill-mondanita’ u mill-idolatrija jagħmluna ndellku, dak li jzommna fid-dilka, hu r-rabta ma’ Ġesù Kristu.  U llum, lilkom li kellkom il-ġentilezza li tiġu tikkonċelebraw hawn miegħi nawguralkom dan:  itilfu kollox fil-ħajja imma titlfux ir-rabta ma’ Ġesù Kristu!  Din tkun ir-rebħa tagħkom.  U b’hekk nibqgħu mixjin ‘il quddiem!

 

Miġjub għall-Malti minn Joe Huber.